Newsbook

Free - On Google Play

View
01/08/2015   31°   
01/08/2015   31°   

It-temp bħalissa

31°C37°C26°C
Jinħass41°C
Riħ6 Knots
Tlugħ ix-xemx06:09
Umdità68%
Indiċi UV10
Inżul ix-xemx20:08

It-temp għal għada

43°C37°C26°C
Riħ  
UV  10

IT-TNEJN

36°C

IT-TLIETA

32°C

L-ERBGĦA

33°C

IL-ĦAMIS

34°C
"Ma nistgħux immorru ngħumu, minkejja li hemm passaġġ tal-injam"   |  Allegat abbuż fuq resident f’San Vinċenz   |  Iċ-ċilindru tat-12kg se jorħos b'€1.50ċ   |  L-ALPA mħassba dwar li l-AirMalta trid tnaqqas il-flotta tal-ajruplani   |  Eġittu: Jinqatel terrorist affiljat mal-Istat Iżlamiku

Europe Direct f'Għawdex

Martin  Bugelli  -  19/04/2013 11:20

Mawra s'Għawdex dejjem sabiħa, imma tal-ġimgħa l-oħra kienet waħda partikolari. Fil-fatt, inawgurajna wieħed miċ-ċentri l-ġodda tal-Europe Direct, li jinsab fl-uffiċċji tal-Kamra tal-Kummerċ għal Għawdex.

Fix-xogħol tiegħi ma nixbax intambar li l-qofol ta' kull ma hi l-Ewropa narawh madwarna ta' kuljum. Ikun inutli li l-UE timbotta 'l quddiem inizjattivi li ma jsarrfux f'xi forma ta' benefiċċju għaċ-ċittadini! Imma, fuq kollox, iċ-ċittadin Ewropew irid ikun infurmat dwar dawn il-benefiċċji. Għax jekk ma jkunx jaf x'inhuma d-drittijiet tiegħu, kif jista' jeżerċitahom? U r-rwol tagħna hu proprju li ninfurmaw dwar dawn l-inizjattivi, li fl-aħħar mill-aħħar ifissru drittijiet u obbligi li b'xi mod jolqtuna lkoll.

X'inhu l-Europe Direct wara kollox? Fi ftit kliem huwa l-post fejn wieħed iħabbat meta jkollu xi mistoqsija dwar l-UE jew kif taħdem. Jew fejn issib fuljetti u kotba dwar l-UE mingħajr ħlas. Barra minn hekk, minn żmien għal żmien, dawn iċ-ċentri jorganizzaw attivitajiet biex jinformaw liċ-ċittadini dwar xi qasam partikolari marbut mal-UE. L-iskop li dawn iċ-ċentri jinżammu fi ħdan organizzazzjonijiet eżistenti huwa proprju biex ikunu eqreb tan-nies fil-prattika. B'hekk ilaqqgħu l-operat tal-organizzazzjoni li jkunu jagħmlu parti minnha mal-funzjoni tagħhom bħala punt ta' informazzjoni.

L-uffiċċju t'Għawdex huwa wieħed minn tlieta li għandna f'Malta. L-oħrajn jinsabu fi ħdan l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali (Ħal Balzan) u ieħor fl-uffiċċju tal-GRTU (il-Belt).

Mela jekk għandek xi dubju li ilek biex tistaqsi dwaru, ikkuntattja lil xi wieħed minn dawn iċ-ċentri.

 

Europe Direct (Għawdex):

Il-Kamra tal-Kummerċ għal Għawdex

27 Republic Street

Ir-Rabat, Għawdex

Tel: 21 550305

 

Europe Direct (Ħal Balzan):

L-Assoċjazzjoni tal-Kunsill Lokali

153 Main Street

Ħal Balzan

Tel: 21 444296

 

Europe Direct (Il-Belt Valletta):

GRTU - Malta Chamber of SMEs (General Retailers and Traders Union)

Exchange Buildings

Triq ir-Repubblika

Il-Belt Valletta

Tel: 21 232881

 

 

Martin Bugelli

Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta