Newsbook

Free - On Google Play

View
01/10/2014   26°   
01/10/2014   26°   

It-temp bħalissa

25°C27°C19°C
Jinħass30°C
Riħ2 Knots
Tlugħ ix-xemx06:57
Umdità44%
Indiċi UV6
Inżul ix-xemx18:47

It-temp għal għada

-°C28°C19°C
Riħ  
UV  6

IL-ĠIMGĦA

27°C

IS-SIBT

27°C

IL-ĦADD

27°C

IT-TNEJN

27°C
Iktar minn 11,000 student fis-sena akkademika ġdida tal-Università   |  "Il-midja m'għandhiex tikkummenta dwar kawżi pendenti" - Il-Prim Imħallef   |  Iktar turisti f'Malta f'Awwissu   |  Suldati arrestati wara li ppruvaw jisirqu f'Għawdex   |  Hong Kong maħnuqa bi protesti f'jum ta' festa nazzjonali

U sirna tmienja u għoxrin - 28! Merħba lill-Kroazja fl-Unjoni Ewropea

Martin  Bugelli  -  28/06/2013 08:10

Xi ħaġa tajba bilfors li qed nagħmlu, aħna lkoll fl-Unjoni Ewropea! Filwaqt li l-kriżijiet u problemi malajr jintefħu u jagħmlu ħafna ħoss, ġrajjiet sbieħ kultant noħduhom 'for granted'. L-aħbarjiet huma l-ħin kollu bbumbardjati bil-problemi ta' kuljum, speċjalment fejn jidħlu l-ekonomija u l-finanzi. Imma min ma jkollux diffikultajiet? L-ikrah ikun meta ma tagħmel xejn dwarhom, le? L-akbar suċċess tal-Ewropa huwa proprju li minkejja dak kollu li nisimgħu, għad hemm min qed iħabbtilha l-bieb bis-saħħa għaliex għaraf li aħjar tkun madwar il-mejda milli barra mill-kamra! Fil-fatt, fl-aħħar ta' din il-gimgħa, ser  niċċelebraw id-dħul fl-UE ta' pajjiż ieħor min-naħa tagħna tal-kontinent Ewropew, il-Kroazja, li mill-1 ta' Lulju se ssir it-28 pajjiż tal-UE.

Nistgħu naqblu u nistgħu ma naqblux fuq ħafna affarijiet differenti, imma sadanittant qed ngħixu fil-paċi u bi kwalità tal-ħajja li nittamaw li tibqa' dejjem togħla. Ma ninsewx, li r-reġjun tal-Balkani kien l-aħħar wieħed fl-Ewropa li fih rajna l-qirda li tħalli warajha l-gwerra. Sa biss għoxrin sena ilu l-Kroati kienu għadhom ħerġin minn gwerra qalila. Fil-passat arthom kienet maħkuma minn imperi, saltniet u mexxejja differenti, mill-Griegi u r-Rumani sal-Ottomani u l-mexxejja Jugoslavi. Jinsabu f'salib it-toroq bejn l-Ewropa Ċentrali, il-Balkani u l-Mediterran. Illum, destinazzjoni popolari mat-turisti, imżewqa b'bajjiet u kampanja mill-isbaħ.

Moħħi jmur mill-ewwel f'dawk l-immaġni li konna naraw fuq l-aħbarijiet ta' kuljum, fejn l-unika ħaġa li tvarja minn jum għall-ieħor kienet in-numru ta' vittmi. U mhux qed nitkellmu fuq għexieren ta' snin ilu. Minn dak iż-żmien 'l hawn dan il-pajjiż mexa mogħdija iebsa imma importanti. Il-Kroazja hija t-tieni pajjiż minn dan ir-reġjun li se jkun membru tal-UE, wara s-Slovenja li kienet daħlet ma' Malta fl-2004. Warajhom hemm pajjiż kandidati oħra bħas-Serbja, il-Montenegro u l-Maċedonja.

Il-Kroazja tfakkarni wkoll f'dawk il-kuluri tradizzjonali – l-aħmar u l-abjad ikkaxxjati. Żgur rajtuhom f'xi logħba futbol bi plejers ċelebri bħal Boban li wassal lil dan il-pajjiż żagħżugħ saħansitra sat-tielet post tat-Tazza tad-Dinja fl-1998, seba' snin biss wara li ħa l-indipendenza mill-ex-Jugoslavja.

Insomma, aktar diversità fit-tila Ewropea, bit-tisħih anki tal-preżenza Mediterranja b'pajjiż ġar tagħna.

Mela  -  Merħba lill-Kroazja! Dobro došla Hrvatska! Welcome Croatia!

 

 

Fl-okkażjoni tad-dħul tal-Kroazja fl-UE se jsir kunċert pubbliku mill-banda tal-Forzi Armati ta' Malta nhar il-Ħadd 30 ta' Ġunju, il-Valletta Waterfront, fid-9pm. L-attendenza hija miftuħa għal kulħadd bla ħlas u mingħajr bżonn ta' booking minn qabel

 

 

Martin Bugelli

Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta