Newsbook

Free - On Google Play

View
18/12/2014   15°   
18/12/2014   15°   

It-temp bħalissa

15°C18°C12°C
Jinħass18°C
Riħ9 Knots
Tlugħ ix-xemx07:06
Umdità77%
Indiċi UV2
Inżul ix-xemx16:50

It-temp għal għada

18°C18°C13°C
Riħ  
UV  2

IS-SIBT

18°C

IL-ĦADD

18°C

IT-TNEJN

17°C

IT-TLIETA

18°C
Awdjo: ​“L-Ambaxxata Libjana f’Malta ilha maħtufa 3 ġimgħat”   |  24 koppja jidħlu f'unjoni ċivili minn kemm ilha li daħlet il-liġi   |  Servizz ġdid tat-trasport pubbliku minn Jannar   |  Deċiżjoni 'storika' minn Qorti Ewropea dwar il-Ħamas

U sirna tmienja u għoxrin - 28! Merħba lill-Kroazja fl-Unjoni Ewropea

Martin  Bugelli  -  28/06/2013 08:10

Xi ħaġa tajba bilfors li qed nagħmlu, aħna lkoll fl-Unjoni Ewropea! Filwaqt li l-kriżijiet u problemi malajr jintefħu u jagħmlu ħafna ħoss, ġrajjiet sbieħ kultant noħduhom 'for granted'. L-aħbarjiet huma l-ħin kollu bbumbardjati bil-problemi ta' kuljum, speċjalment fejn jidħlu l-ekonomija u l-finanzi. Imma min ma jkollux diffikultajiet? L-ikrah ikun meta ma tagħmel xejn dwarhom, le? L-akbar suċċess tal-Ewropa huwa proprju li minkejja dak kollu li nisimgħu, għad hemm min qed iħabbtilha l-bieb bis-saħħa għaliex għaraf li aħjar tkun madwar il-mejda milli barra mill-kamra! Fil-fatt, fl-aħħar ta' din il-gimgħa, ser  niċċelebraw id-dħul fl-UE ta' pajjiż ieħor min-naħa tagħna tal-kontinent Ewropew, il-Kroazja, li mill-1 ta' Lulju se ssir it-28 pajjiż tal-UE.

Nistgħu naqblu u nistgħu ma naqblux fuq ħafna affarijiet differenti, imma sadanittant qed ngħixu fil-paċi u bi kwalità tal-ħajja li nittamaw li tibqa' dejjem togħla. Ma ninsewx, li r-reġjun tal-Balkani kien l-aħħar wieħed fl-Ewropa li fih rajna l-qirda li tħalli warajha l-gwerra. Sa biss għoxrin sena ilu l-Kroati kienu għadhom ħerġin minn gwerra qalila. Fil-passat arthom kienet maħkuma minn imperi, saltniet u mexxejja differenti, mill-Griegi u r-Rumani sal-Ottomani u l-mexxejja Jugoslavi. Jinsabu f'salib it-toroq bejn l-Ewropa Ċentrali, il-Balkani u l-Mediterran. Illum, destinazzjoni popolari mat-turisti, imżewqa b'bajjiet u kampanja mill-isbaħ.

Moħħi jmur mill-ewwel f'dawk l-immaġni li konna naraw fuq l-aħbarijiet ta' kuljum, fejn l-unika ħaġa li tvarja minn jum għall-ieħor kienet in-numru ta' vittmi. U mhux qed nitkellmu fuq għexieren ta' snin ilu. Minn dak iż-żmien 'l hawn dan il-pajjiż mexa mogħdija iebsa imma importanti. Il-Kroazja hija t-tieni pajjiż minn dan ir-reġjun li se jkun membru tal-UE, wara s-Slovenja li kienet daħlet ma' Malta fl-2004. Warajhom hemm pajjiż kandidati oħra bħas-Serbja, il-Montenegro u l-Maċedonja.

Il-Kroazja tfakkarni wkoll f'dawk il-kuluri tradizzjonali – l-aħmar u l-abjad ikkaxxjati. Żgur rajtuhom f'xi logħba futbol bi plejers ċelebri bħal Boban li wassal lil dan il-pajjiż żagħżugħ saħansitra sat-tielet post tat-Tazza tad-Dinja fl-1998, seba' snin biss wara li ħa l-indipendenza mill-ex-Jugoslavja.

Insomma, aktar diversità fit-tila Ewropea, bit-tisħih anki tal-preżenza Mediterranja b'pajjiż ġar tagħna.

Mela  -  Merħba lill-Kroazja! Dobro došla Hrvatska! Welcome Croatia!

 

 

Fl-okkażjoni tad-dħul tal-Kroazja fl-UE se jsir kunċert pubbliku mill-banda tal-Forzi Armati ta' Malta nhar il-Ħadd 30 ta' Ġunju, il-Valletta Waterfront, fid-9pm. L-attendenza hija miftuħa għal kulħadd bla ħlas u mingħajr bżonn ta' booking minn qabel

 

 

Martin Bugelli

Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta