Newsbook

Free - On Google Play

View
31/10/2014   17°   
31/10/2014   17°   

It-temp bħalissa

17°C21°C14°C
Jinħass21°C
Riħ3 Knots
Tlugħ ix-xemx06:24
Umdità63%
Indiċi UV3
Inżul ix-xemx17:07

It-temp għal għada

21°C21°C14°C
Riħ  
UV  3

IL-ĦADD

21°C

IT-TNEJN

21°C

IT-TLIETA

23°C

L-ERBGĦA

23°C
Inawgurat hanger ġdid tal-Forzi Armati ta' Malta   |  Sospiżi l-Kap tal-Customer Care u impjegat ieħor f'Kastilja   |  Inkjesta fil-Korp tal-Pulizija dwar il-każ tal-Leisure Clothing   |  Jinħatar Kap Eżekuttiv ġdid fl-isptar Mater Dei   |  Il-Kap tal-Istat Iżlamiku jaħtar lilu nnifsu mexxej ta' belt fil-Libja

Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal Malta – x'inhuma?

Martin  Bugelli  -  03/06/2013 08:41

Jekk kellna nieħdu lezzjoni mill-kriżi ekonomika, żgur kienet il-bżonn li fl-Ewropa jittieħdu deċiżjonijiet li jkunu kkoordinati. Xi rrid ngħid? Jekk għandna l-istess munita, il-Euro, ma jistax ikollna min jiġbe 'l hawn u min jiġbed 'l hemm. Għallinqas fuq il-prijoritajiet ekonomiċi ewlenin il-pajjiżi tal-UE jridu jiffunzjonaw aktar b'mod magħqud.

Dan huwa l-ġist tal-proċess li tmexxi l-Kummissjoni Ewropea matul is-sena, u li din il-ġimgħa smajna dwaru proprju għaliex ġew imħabbra sett ta' rakkomandazzjonijiet għal kull pajjiż, inkluża Malta. L-ewwel fosthom hemm ir-rakkomandazzjoni biex il-pajjiżi jżommu ma' dak li qablu miegħu kemm-il darba, jiġifieri li jżommu l-finanzi tagħhom f'qagħda tajba. Illum il-ġurnata ma jistax ikun hemm pajjiż li jibqa' jonfoq ħafna aktar milli jdaħħal mingħajr ma jaffettwa lill-oħrajn ta' madwaru. U għalhekk fl-interess ta' kulħadd li l-pajjiżi kollha jirrispettaw dan l-obbligu.

Ir-rakkomandazzjonijiet jagħfsu l-aktar fuq dawk iċ-ċirkostanzi li pajjiż ma jkunx jiflaħ għalihom fit-tul. L-UE ma tindaħalx fil-KIF pajjiż jonfoq flusu u kif iqassam il-baġit tiegħu. Iżda fejn tara li hemm affarijiet li qed jaffettwaw il-qagħda finanzjarja tal-pajjiż fit-tul, iva, il-Kummissjoni tirrakkomanda lil dak il-pajjiż jindirizza s-sitwazzjoni billi jagħmel it-tibdiliet meħtieġa. Fil-każ ta' Malta, ġew identifikati aspetti bħas-sistema tal-pensjonijiet (kemm se nkunu nistgħu ndumu nsostnuha?); il-problema taż-żgħażagħ li joħorġu kmieni mis-sistema edukattiva u kemm iż-żgħażagħ qed ikunu preparati għal dak li jkollu bżonn min jista' jimpjegahom; il-parteċipazzjoni tan-nisa li għadha baxxa wisq; u d-dipendenza li għad għandha Malta fuq sors wieħed ta' enerġija.

M'humiex affarijiet li jistgħu jinbidlu mil-lejl għan-nar. Imma l-għan tat-tmexxija fil-livell tal-UE huwa proprju li id f'id mal-pajjiżi nfushom, dawn l-isfidi jiġu identifikati u jibdew jiġu indirizzati. B'mod ġenerali naħseb li kulħadd jaqbel li dawn huma verament aspetti importanti li l-pajjiż irid iħabbat wiċċu magħhom illum jew għada. Sta għall-pajjiżi differenti li jsibu s-soluzzjonijiet l-aktar adattati għalihom – wara kollox kulħadd għandu r-realtajiet differenti tiegħu. Imma l-għan aħħari hu li b'dawn it-tip ta' riformi l-Ewropa tkompli tiġi fuq saqajha u ssir aktar kompetittiva meta mqabbla ma' reġjuni oħra fid-dinja.

Ħafna drabi dak li jkun jinstema' kkumplikat u tekniku ma jkun xejn għajr ġabra ta' għanijiet sempliċi. Li nkunu nifilħu nagħmlu tajjeb għat-tip ta' ħajja li rridu ngħixu!

Jekk trid tkun taf aktar: http://ec.europa.eu/europe2020/europe-2020-in-your-country/malta/country-specific-recommendations/index_en.htm

 

Martin Bugelli

Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta