Newsbook

Free - On Google Play

View
31/10/2014   21°   
31/10/2014   21°   

It-temp bħalissa

21°C21°C16°C
Jinħass21°C
Riħ9 Knots
Tlugħ ix-xemx06:23
Umdità49%
Indiċi UV4
Inżul ix-xemx17:08

It-temp għal għada

21°C21°C15°C
Riħ  
UV  3

IL-ĦADD

21°C

IT-TNEJN

21°C

IT-TLIETA

23°C

L-ERBGĦA

23°C
Is-suldati Maltin isalvaw 9 persuni mill-baħar Grieg   |  Żewġ nisa fil-periklu tal-mewt wara ħabta head-on fl-Imġarr   |  14 mixlija li serqu l-elettriku bl-ismart meters imbagħbsa   |  Burkina Faso: 30 mejta u aktar minn 100 mweġġa'

Dan ix-xahar ngħidu tagħna fuq is-suq intern

Martin  Bugelli  -  27/09/2013 10:23

Din il-ġimgħa kont mistieden għal attività fejn is-suġġett prinċipali kien is-suq wieħed Ewropew. Din kienet qed tagħti bidu għal xahar ta' dibattiti fuq l-internet dwar esperjenzi u ideat dwar kif jisgħu jitjiebu l-affarijiet fis-suq intern.

Tkellimt dwar l-importanza tal-aspett ekonomiku ghall-Ewropa magħquda, għaliex wara kollox minn hemm twieldet! Kienet il-kooperazzjoni fuq livell ekonomiku li tat bidu għall-integrazzjoni Ewropea, li llum riesqa wkoll dejjem aktar lejn għaqda fuq livell politiku. F'dak il-kuntest irreferejt għall-fatt li sa ftit żmien ilu, ħafna kienu jużaw it-terminu 'suq komuni'.

"Illum m'għadniex nitkellmu dwar is-suq komuni", irreaġixxiet mill-ewwel rappreżentanta Ingliża. U veru, għax illum m'għadux biss suq, imma ħafna aktar minn hekk. Imma b'daqshekk ma jfissirx li l-fatt li għandna suq miftuħ għal 500 miljun ruħ m'għadux importanti. Li hu żgur hu li fadal ostakli li min jixtri u min ibiegħ għadna nħabbtu wiċċna magħhom. Dwar dawk irridu nisimgħu!

L-attività kienet organizzata mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u laqggħet imsieħba minn setturi differenti għal diskussjoni dwar x'inhu jaħdem u x'mhux fl-UE fejn jidħol id-dirtt tal-moviment ħieles fl-UE, kemm fil-qasam tal-impjieg (għall-ħaddiema) kif ukoll fil-kummerċ (merkanzija, kapital, u servizzi). Is-sabiħ ta' dan ix-xahar ta' dibattiti hu li kulħadd jista' jieħu sehem mill-kumdità tad-dar jew tal-uffiċċju u jgħid x'jaħseb b'mod dirett – ħafna drabi direttament lil persuni li qed jieħdu d-deċiżjonijiet: Membri tal-Parlament Ewropew, uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea, u oħrajn.

Ta' min tagħtu daqqa t'għajn u tipparteċipaw intom ukoll biex id-dibattitu jkun jinkludi wkoll il-perspettiva minn Malta. Is-sit huwa www.yourideasforeurope.eu.

Narakom hemm!

 

Martin Bugelli

Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta