Newsbook

Free - On Google Play

View
03/05/2015   27°   
03/05/2015   27°   

It-temp bħalissa

27°C29°C17°C
Jinħass30°C
Riħ6 Knots
Tlugħ ix-xemx06:08
Umdità35%
Indiċi UV8
Inżul ix-xemx19:50

It-temp għal għada

30°C29°C17°C
Riħ  
UV  8

IT-TLIETA

29°C

L-ERBGĦA

30°C

IL-ĦAMIS

30°C

IL-ĠIMGĦA

28°C
“L-Università l-ġdida... L-ikbar investiment fin-nofsinhar ta’ Malta”   |  €2 miljun fuq uffiċini għal Sai Mizzi... Il-PN irid spjegazzjoni   |  Filmat: “L-istaġun seta' ġie sospiż sakemm inkixef min abbuża”   |  Il-Prinċipessa l-ġdida tqatta’ l-ewwel lejl fil-palazz ta’ Kensington

Dan ix-xahar ngħidu tagħna fuq is-suq intern

Martin  Bugelli  -  27/09/2013 10:23

Din il-ġimgħa kont mistieden għal attività fejn is-suġġett prinċipali kien is-suq wieħed Ewropew. Din kienet qed tagħti bidu għal xahar ta' dibattiti fuq l-internet dwar esperjenzi u ideat dwar kif jisgħu jitjiebu l-affarijiet fis-suq intern.

Tkellimt dwar l-importanza tal-aspett ekonomiku ghall-Ewropa magħquda, għaliex wara kollox minn hemm twieldet! Kienet il-kooperazzjoni fuq livell ekonomiku li tat bidu għall-integrazzjoni Ewropea, li llum riesqa wkoll dejjem aktar lejn għaqda fuq livell politiku. F'dak il-kuntest irreferejt għall-fatt li sa ftit żmien ilu, ħafna kienu jużaw it-terminu 'suq komuni'.

"Illum m'għadniex nitkellmu dwar is-suq komuni", irreaġixxiet mill-ewwel rappreżentanta Ingliża. U veru, għax illum m'għadux biss suq, imma ħafna aktar minn hekk. Imma b'daqshekk ma jfissirx li l-fatt li għandna suq miftuħ għal 500 miljun ruħ m'għadux importanti. Li hu żgur hu li fadal ostakli li min jixtri u min ibiegħ għadna nħabbtu wiċċna magħhom. Dwar dawk irridu nisimgħu!

L-attività kienet organizzata mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u laqggħet imsieħba minn setturi differenti għal diskussjoni dwar x'inhu jaħdem u x'mhux fl-UE fejn jidħol id-dirtt tal-moviment ħieles fl-UE, kemm fil-qasam tal-impjieg (għall-ħaddiema) kif ukoll fil-kummerċ (merkanzija, kapital, u servizzi). Is-sabiħ ta' dan ix-xahar ta' dibattiti hu li kulħadd jista' jieħu sehem mill-kumdità tad-dar jew tal-uffiċċju u jgħid x'jaħseb b'mod dirett – ħafna drabi direttament lil persuni li qed jieħdu d-deċiżjonijiet: Membri tal-Parlament Ewropew, uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea, u oħrajn.

Ta' min tagħtu daqqa t'għajn u tipparteċipaw intom ukoll biex id-dibattitu jkun jinkludi wkoll il-perspettiva minn Malta. Is-sit huwa www.yourideasforeurope.eu.

Narakom hemm!

 

Martin Bugelli

Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta