Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
"Malta mhux qed timxi mal-liġi tal-UE dwar l-insib" - AĠ tal-Qorti Ewropea   |  Il-Qorti tilqa’ t-talba ta’ Busuttil biex tinvestiga lil Schembri u Mizzi; il-PM: “Busuttil b’interpretazzjoni ħażina”   |  Tarbija bi ġrieħi gravi wara ħabta bejn karozza u tal-linja   |  Il-Papa jikteb lil soru li għenet għadd ta' nisa joħorġu mill-prostituzzjoni

Meta l-Korea ta' Fuq xtrat murtali minn Malta...

Mario Tabone-Vassallo  -  12/07/2017 15:40

Mela l-Korea ta’ Fuq xtrat mingħand kamra tan-nar f’Malta murtal tal-festa u għalhekk ġiet mixlija li qed thedded lid-dinja. Qed nesaġera ftit inpinġi hekk il-missili li l-Korea ta’ Fuq għadha kemm pruvat b’suċċess. Iżda meta tqisu mal-eluf li l-Amerika għandha, il-qawwa tal-waħx li għandhom u l-balal nukleari li dawn iġorru, bilfors tqis dan l-isforz Nord Korean bħala murtalett; l-anqas murtal.

B’dan ma jien innaqqas bl-ebda mod il-ħila li wrew biex fassluh u ħadmuh. Ridt nitfa’ biss dawl fuq kif il-midja jaħslulna moħħna u jpinġu ħazin u jxandru dak li jfettillhom u jostru ħażen kbir u jippruvaw iċekknuh. Dan jixbah kif il-gazzetti Maltin bl-Ingliż ifittxu x-xagħra fl-għaġina mal-Gvern Malti u jxandruha mal-barrani u wara jostru l-qerq kbir tal-barrani, kif għamlu meta satru u għadhom jostru l-qerq li wassal biex fuq żewġ miljun Ewro għebu mill-kont tiegħi mal-Commerzbank, it-tieni l-ikbar bank fil-Ġermanja.

L-istess dwar dil-biċċa tal-Korea ta’ Fuq; isemmulek il-murtalett tagħha u ma jfakkrukx li l-Amerka li tixlihom, għandha fuq tmien mitt bażi mxerrda mad-dinja f’iktar minn tmenin pajjiż. F’hafna minn dal-bażijiet, l-Amerka għanda missili interkontinentali b’bombi nukleari. Bosta bażijiet jinsabu l-Ewropa. Iżda iktar minn hekk, hemm bażijiet u suldati Amerikani fil-Korea ta’ Isfel, li tmiss mal-Korea ta’ Fuq u fil-Ġappun, li hu bieb u għatba mal-Korea ta’ Fuq.

Mhux hekk biss, waqt li l-Korea ta’ Isfel kienet bla president għax din kienet tneħħiet minħabba akkużi ta’ korruzzjoni u kien hemm biss aġent president, l-Amerika bilġri daħħlet sistema ta’ missili qawwija fil-Korea ta’ Isfel. Dan minkejja li kienet taf li l-favorit fl-elezzjonijiet għall-presidenza tal-Korea ta’ Isfel kien kontra li dal-missili jiddaħħlu fil-Korea ta’ Isfel. Agħar minn hekk, ukoll wara l-elezzjoni ta’ dal-president il-ġdid tal-Korea ta’ Isfel, li bid-dikjarar kien kontra dal-missili, l-Amerikani daħħlu iktar minnhom inkissinkiss f’pajjiżu, f’konfoffa ma’ membri tal-armata tal-Korea ta’ Isfel.

Meta tiftakar li l-presidenta ta’ qablu, li tneħħiet b’akkużi ta’ korruzzjoni u għaddejja ġuri, kienet it-tifla ta’ Ġeneral President Dittatur tal-Korea ta’ Isfel li kien ħaġa waħda mal-Amerikani tifhem iktar. Rapporti wkoll kixfu li din bintu, il-presidenta mwarrba u mgħoddija ġuri, kienet mgħejjuna mis-servizzi sigrieti tal-Korea ta’ Isfel biex tkun eletta u lkoll nafu kemm is-servizzi sigrieti, ta’ qrib kull pajjiż, huma id f’id ma’ dawk Amerikani.

L-Amerikani gżandhom storja twila ta’ rabtiet mill-qrib ma' dittaturi magħduda kriminali tal-Korea ta’ Isfel. Iżda iktar minn dan, sikwit jagħmlu taħrig militari mal-qawwiet armati tal-Korea ta’ Isfel u mal-Ġappun imissu mal-fruntiera tal-Korea ta’ Fuq. Ftit ilu tajru ajruplani Amerikani mibnija biex iġorru bombi nukleari mal-fruntiera tal-Korea ta’ Fuq. Ghalhekk, tad-daħq kieku mhux għax tal-biki, li l-Amerikani u l-midja mixtrija minnhom, jakkużaw li l-Korea ta’ Fuq qed thedded lid-dinja. Minkejja dan, ħa naghmilha ċara, ma naqbilx li ħadd, lanqas il-Korea ta’ Fuq, ma ghandhom iżidu dat-tip ta’ armi, iżda nifhem li meta pajjiż iħossu mhedded, jitħajjar jilqa'.

Bħas-soltu, fil-każ tiegħi ukoll, isma’ bilfors u emmen jekk trid; iżen, għarbel u ifli u tħallix lil min jaħsillek moħħok b’tagħrif qarrieqi.