Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

​L-ugwaljanza taħt il-lenti fil-Golden Awards

Sina  Bugeja  -  19/01/2018 10:39

Is-suġġett tal-ugwaljanza bejn is-sessi issa ilu jkun diskuss u bil-kemm ma kienx hawn min kien iħossu irritat meta jqum is-suġġett. Kummenti bħal ‘xi jridu aktar’ meta jirreferu għan-nisa kienu komuni ukoll. Konna ukoll inħarsu lejn id-dinja tal-punent u naħsbu li hawnhekk m’għadx baqa problemi u l-mara u r-raġel huma meqjusa ndaqs.

Fil-Punent, il-liġijiet fuq dan is-suġġett veru jagħtu l-ispazju lil kulħadd u jħallu lil kulħadd iċ-ċans li jgħixu l-ħajja kif jixtieq u bil-possibiltajiet ta’ karriera li wieħed ikun irid. Imma bejn dak li tgħid il-liġi u dak li veru jkun qed isir hemm baħar jaqsam. Biex dejjem imbenġlu s-sitwazzjoni, kull meta xi mara tasal għal xi pożizzjoni jew xi karriera mhux tas-soltu, ara l-media ddoqq it-trumbetti u tagħmel il-ħsejjes. Dan il-fatt waħdu diġa jindika li n’hemmx ugwaljanza!

Imbagħad ikun hemm okkażżjoni bħal ma hija l-Golden Awards u persuna bħal Oprah Winfrey tħoss li għandha tonora lil dawk in-nisa kollha li kienu sfruttati minn irġiel li użaw il-pożizzjoni tagħhom u abbużaw minnhom. Il-każijiet li ħarġu fl-apert dan l-aħħar huwa kbir.

Ħaġa veru xokkanti li nsiru nafu li numru ta’ nisa li kellhom il-ħolma li  jagħmlu karriera fl-ispettaklu, u li kellhom jissaportu li jkunu umiljati u sfruttati b’mod inaċċettabbli minn xi rġiel li użaw l-poter li tagħtihom il-pożizzjoni tagħhom. Qed ngħid ‘xi rġiel’ għax dik hi l-verita: huma biss xi wħud li għadhom jaħsbu li huma l-fuq mill-liġi u li jistgħu jagħmlu li jridu.

Hija ħasra li dawn l-istess nisa li baqgħu ma fetħux ħalqhom kienu fil-fatt qed jgħinu indirettament sabiex oħrajn jgħaddu mill-istess esperjenza. Biss mhix faċli li tiftaħ ħalqek f’dawn iċ-ċirkustanzi għax malajr issib ruħek barra allavolja jkollok t-talent u t-taħriġ. Daqshekk kbir il-poter.

Imma għax tkellmu l-ħafna, s-sitwazzjoni nbidlet. Parti mill-istrateġija dejjem hi li l-vittma tiġi mhedda li mhux ser tkun emnuta jew se tkun irredikolata u għalhekk kien hemm il-ħafna li damu ma tkellmu u oħrajn li ma se jitkellmu qatt.

Imbagħad infaqet il-bużżieqa ... u d-dinja stagħġbet u stmerret li dawk li kienu qed jabbużaw. Għax id-dinja hekk tagħmel: l-ewwel twassal messaġġ mod imbagħad twassal messaġġ mod ieħor u miskin hu min ikun maqbud fil-problema.

Sakemm jibqa jkun hawn min juża l-poter tiegħu sabiex jonqos mir-rispett lejn ħaddieħor ser jibqa jkun hawn l-abbuż. Sakemm jibqa hawn min jaħseb li hu huwa aqwa u aħjar minn ħaddieħor, ser jibqa jkun hawn min ibgħati forsi ukoll fis-silenzju sakemm is-soċjeta twassal il-messaġġ u tagħti l-appoġġ meħtieġ  li dan mhux aċċettabbli u allura jitkellmu. Imma dan jista jseħħ biss meta jkun hawn l-klima li mhux kollox jgħodd ....

Din il-bidla fil-klima sseħħ biss bl-edukazzjoni u bl-infurzar tal-liġi u billi l-ħafna jsibu l-kuraġġ li jitkellmu u ħafna oħra jagħtuhom s-sapport meħtieġ. L-irġiel favur l-ugwaljanza għamlu ħafna ġid u wrew li mhux kulħadd  għadu jgħix bil-mentalita tal-għerien.

Waqt il-Golden Awards Oprah Winfrey  qalet: ‘For too long, women have not been heard or believed if they dared speak the truth to the power of those men ....but their time is up’.

Hekk nittama ...

Sina Bugeja

CEO Special Projects

MInisteru tas-Saħħa