Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Investigati żewġ messaġġiera tal-Qorti   |  

Bloggs

Wasal iż-żmien li aħna wkoll, il-votanti Maltin li nħaddnu valuri pro-life, nibdew nitolbu u nistennew risposti ċari dwar dawn il-kwistjonijiet, mingħajr tidwir u tlaqliq, mingħand il-politiċi tagħna. Wara kollox, aħna ma neleġġuhomx biex ikollhom biss xi “oppożizzjoni personali”, imma biex ikunu rappreżentanti tagħna u vuċi għal min m’għandux.
I am just focusing on one aspect of education in my search for the reason Maltese society behaves the way it does. Try to reflect on public discourse, the subjects in conversation, the quality of the content on national media, the way we speak, the way we drive our cars and our table manners in restaurants.
Jekk din is-sena ma’ kellniex elezzjonijiet biex pajjiżna jirritorna għall-element ta’ normalità, l-2016 għalmitna li n-normalità f’pajjiżna hija li l-klima politika trid tiddomina kemm jista’ jkun u fejn hu possibli tkun waħda li tbaqbaq.
Meta nifhmu l-messaġġ veru tal-Milied u allura nindunaw li t-tiżjin huwa biss xi ħaġa sekondarja (għalkemm sabiħa), nintebħu wkoll li l-Milied jgħodd għalina lkoll, sew jekk kellna 2016 sabiħ, u sew jekk kellna sena li nixtiequ ninsewha mill-aktar fis. Nistgħu nħarsu ‘l quddiem b’kuraġġ u tama, għax bħalma fehem poeta Amerikan fl-1863, Alla tagħna la miet u l-anqas raqad.
Is-sena l-ġdida se ġġib magħha okkażjoni storika għal pajjiżna. Għall-ewwel darba mis-sħubija tagħha fl-Unjoni Ewropea fl-2004 Malta se jkollha t-tmun tal-Kunsill tal-Ministri.Wara li bħala poplu gawdejna daqstant mill-Unjoni issa wasal il-mument li nagħtu lura wkoll. Malta ser tkun qegħda tagħti spinta lill-Unjoni fl-isfidi ewlenin tagħha u tagħna.Il-Presidenza titmexxa u tiġi ġġudikata speċjalment fuq numru ta’ avvenimenti ewlenin. Hawn ser naqsam mal-qarreja ta’ Newsbook.com.mt ftit linji dwar dawn l-appuntamenti ewlenin.
Ħbieb xtaqt naqsam magħkom ftit ħsibijiet fuq il-ferħ tal-Milied. Bdejna naraw ħafna dawl iteptep, christmas trees jixgħelu u xi father christmas jixxabbat ma’ xi tieqa, imma qatt ma jirnexielu jidħol. Kulħadd bħalissa qiegħed on festive mode u kuntent u xi ftit daħkan mehdi jara x’rigali ser jixtri u x’ikla ser jagħmel. Insomma kollox ma’ kollox hawn l-ispirtu tal-Milied... l-ispirtu li jagħmel is-soċjetà tagħna allegra u ħajja iżjed mis-soltu. Imma jispikka l-iżjed Ġesù Bambin... imżejjen sabiħ ġo xi tieqa jew fuq xi mejda mdawwar qalb il-ġulbiena.
Nhar it-12 ta’ Diċembru 2016, il-Qorti tal-Appell (Inferjuri) ppreseduta mill-Onor. Imħallef Anthony Ellul, iddeċidiet dwar talba ta’ ritrattazzjoni li saret fil-kawża fl-ismijiet David Youngman vs. L-Awtorità tal-Ippjanar et.
Hemm bżonn urġenti ta’ proċess edukattiv għall-adulti sabiex dawn il-konsultazzjonijiet pubbliċi jitnaddfu minn interessi egoistiċi u partiġġani, u jsiru verament strumenti f’idejn min irid imexxi ħalli naħdmu għall-ġid komuni veru.
Once upon a time politics used to have a noble purpose. It was a sensible and civilized world just emerging from the ravage of the Second World War. The real concern of politics was rebuilding economies and property, the welfare of people who suffered during a period of deprivation from food, schooling, health care and employment. Politics once was a vocation, a mission practiced by persons in the traditional professions who dedicated their time and money to design policies and put into practice programs that raise living standards to levels that guarantee human dignity.
Hawn ħafna enfasi sabiex aktar bniet ikunu mħajra jistudjaw suġġetti bħal ma huma dawk li bl-ingliz jissejħu STEM (Science, Technology, Engineering and Mathematics) sabiex il-mara aktar u aktar issib postha fuq il-post tax-xogħol u f’karigi ta’ responsabbilta u tmexxija.