Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Investigati żewġ messaġġiera tal-Qorti   |  

Bloggs

Il-Presidenza fiex tikkonsisti? X’inhuma l-vera poteri tagħha u kif taħdem? Dawn huma ftit mid-domandi li jsaqsu dawk kollha li jibdew jieħdu xi ftit interess fis-suġġett. Fuq kollox il-Presidenza xi rwol għandha fil-konkret? Fil-linji li ġejjin ser nelabora fuq l-erbgħa rwolijiet ewlenin tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Ministri.
Peress li l-Papa Franġisku jiġbed ċerta simpatija anki mis-setturi tas-soċjetà u l-mass media li tradizzjonalment ma kinux daqstant miftuħin għall-Knisja Kattolika, matul dawn l-aħħar tliet snin u nofs drajna naraw kliemu jiġi eżaminat, interpretat u kultant anki manipulat.
Kien biss fis-snin disgħin li l-manifesti elettorali tal-partiti politiċi ta’ pajjiżna bdew jirreferu għall-“ambjent” fil-wegħdiet tagħhom. Issa kemm dawn il-wegħdiet kienu fiergħa jew le hi storja oħra. Li m’hemmx dubju dwaru hu l-fatt li l-ambjent u (allura) l-kwalità tal-ħajja tagħna jsofru b’riżultat ta’ deċiżjonijiet politiċi ħżiena.
Għaddiet ġimgħa mill-elezzjoni Presidenzjali ta’ l-Istati Uniti. Kulħadd qal tiegħu u kulħadd donnu li kellu xi jgħid dwar din l-imbierka elezzjoni. Id-diskussjoni fuq ir-riżultat saħansitra waslet bejn it-tfal anke jekk ta’ eta żgħira, li tfisser li mingħajr dubju din l-elezzjoni kella effett fuq bosta, anke jekk mhux neċessarjament tinteressahom il-politika u l-ġrajjiet internazzjonali. Kienu ħafna li saqsewni kif ġara hekk, u x’wassal għar-riżultat? Għal bidu, il-mistoqsija kienet dwar kif tilfet Clinton. Bil-mod bdiet tinbidel u ssir, kif rebaħ Trump. Evidentament, il-maġġoranza tan-nies (ta’ l-inqas f’pajjiżna u mhux biss) ħasbu li se tirbaħ Clinton. Rebaħ Trump. Imma għaliex?
Kull bidu għandu tmiem! Kważi sena ilu l-Knisja bdiet tiċċelebra flimkien din is-Sena Ġubilari tal-Ħniena u issa ftit ġimgħat oħra l-Papa jtemm din is-sena speċjali b’rit imħejji apposta. Dan ma jfissirx li spiċċat il-Ħniena wkoll. Anzi din is-sena li għaddiet għandha tħeġġiġna iżjed biex nitolbu bil-ħniena u ngħixu bil-mogħdrija. Il-Knisja tibqa’ tfakkarna fil-ħniena permezz tal-iskrittura matul is-sena kollha. Irridu nqegħdu l-ħniena fil-qalba tal-ħajja tagħna biex inkunu nsara li nikbru f’ambjent matur tal-ħniena.
Film dwar eroj tat-Tieni Gwerra Dinjija jirċievi standing ovation ta’ għaxar minuti waqt festival prestiġġjuż; Awtur popolari u rispettat jattakka eluf ta’ tobba fl-Italja; Numru ta’ spiżjara Maltin beżgħana dwar il-ġejjieni tagħhom.
Il-ġimgħa l-oħra fi Brussell iltaqgħu il-kapijiet ta’ stat kollha, inkluż Theresa May, għal laqgħa tal-Kunsill Ewropew. Huma u deħlin fil-binja tal-irħam aħmar tal-Kunsill Ewropew il-kapijiet ta’ stat u l-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk jagħtu ftit kummenti lill-ġurnalisti. Wieħed minn dawn saqsa lil Tusk jekk Theresa May hux dieħla f’ bejta tas-sriep. Tusk irrisponda u qallu, ‘u le, hawn bejta tal-ħamiem’.
Biex persuna tkun verament b'saħħitha trid tkun qed tesperjenza b'mod pożittiv aspetti varji li jinkludu saħħa fiżika, mentali, soċjali, u sesswali. Nuqqas f'wahda minn dawn għandha riperkussjonijiet fuq il-kumplament.
Qisu din ix-xita li għadna kif kellna ġiet biex tiżgura li lkoll nidħlu fir-rutina tal-Ħarifa, hekk kif it-tfal bdew l-iskola, it-traffiku reġa’ żdied u l-ġurnata tkompli tiqsar. Qisu f'daqqa waħda l-iljieli twal tas-sajf kellhom malajr jintesgħu.
Nhar it-30 ta’ Settembru 2016, il-Qorti tal-Appell (Ġurisdizzjoni Superjuri) komposta mill-Prim Imħallef S. Camilleri flimkien mal-Imħallfin T. Mallia u N. Cuschieri, qatgħet is-sentenza fil-kawża Tarcisio Rapa et vs. Winston Montanaro Gauci et.