Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Bloggs

Lkoll naqblu li l-aħjar trobbija għat-tfal hija dik li jieħdu fi ħdan il-familja. Iżda sfortunatament dan mhux possibbli għal kulħadd. Għal raġunijiet varji numru ta’ familji ma jistgħux jieħdu ħsieb lit-tfal tagħhom almenu għal xi perjodu. Imma t-tfal ma jistgħux jieqfu jistennew sakemm is-sitwazzjoni tirranġa jew il-problemi jissolvew. Il-ħtiġijiet kollha tat-tfal iridu attenzjoni iżda b’mod partikulari l-bżonnijiet emozzjonali tagħhom iridu jiġu mħarsa sabiex jikbru f’saħħithom.
Meta s-Salmista jafferma li “dan huwa n-nisel ta’ dawk li jfittxu ’l wiċċek, Mulej” (Salm 23), huwa qed jagħtina deskrizzjoni ta’ min huma l-“qaddisin”. Il-qaddis huwa dak li, wara li f’ħajtu jkun fittex li jara l-“wiċċ” ta’ Alla, illum qiegħed igawdi din il-viżjoni beatifika għal dejjem! Meta ftit tal-ġimgħat ilu, f’“ittra” li bgħatt lid-djoċesi fl-okkażjoni tal-bidu tas-Sena tal-Fidi, kont ktibt li “illum mhumiex ftit dawk li jħossu l-istess xewqa ta’ dawk il-Griegi li darba telgħu Ġerusalemm u marru għand Filippu, u talbuh: ‘Sinjur, nixtiequ naraw lil Ġesù!’ (Ġw 12:20-21)”, ridt nixprunakom f’din it-triq li għaddew minnha l-qaddisin! Bħall-bnedmin ta’ kull żmien, il-qaddisin kellhom ħafna mistoqsijiet f’moħħhom u f’qalbhom, u f’Alla biss sabu t-tweġiba li tat tifsira lil ħajjithom.
One of the various reasons given for the current serious financial and economic crisis in Europe has been the apparent abandoning on the part of European governments of a coherent and actionable industrial policy.
Ftit tal-jiem ilu kelli l-opportunita’ li nerġa’ nattendi għal konferenza tal-European Students’ Union ġewwa Ċipru, fej ġew diskussi numru ta’ temi relatati mal-Edukazzjoni Ogħla fl-Ewropa. Din l-għaqda kollettivament tirrappreżenta madwar 11 ‘il miljun student madwar l-Ewropa kollha.
Meta wieħed jibda jaħseb dwar ix-xogħol jew karriera li wieħed se jaqbad, l-ewwel ħaġa li jagħmel huwa li jara x’taħriġ jinħtieġ. Dan huwa tajjeb ħafna għax hekk biss wieħed jista jgħid li għandu l-informazzjoni u l-ħiliet meħtieġa.
F’pajjiżna m’hawnx servizz ikkordinat fejn iċ-ċittadini jingħataw widen. Bħalissa trid toqgħod tiġri minn dipartiment għall-ieħor, minn agenzija għall-oħra għal ħtiġijiet. Tispiċċa tintilef fil-burokrażija li teżisti ‘l hemm u ‘l hawn . Uħud jispiċċaw jirrikorru għal għand xi politiku b’hekk tkompli tikber is-sistema ta’ klijenteliżmu.
Għadni ġej minn waħda minn dawk l-attivitajiet li jogħġbu lili – żjara fi skola fejn flimkien mal-Ministru tal-Edukazzjoni Dolores Cristina, nedejna pubblikazzjoni mill-isbaħ għat-tfal tal-ħames sena tal-primarja. 'Avventura madwar l-Ewropa' huwa ktieb mhux biss ta' informazzjoni,(miktuba minn Loranne Vella) imma wkoll ta' grafika attraenti (minn Ġorġ Mallia) u attivitajiet għat-tfal li permezz tagħhom jitgħallmu dwar l-pajjiżi tal-Ewropa u l-UE. X'hemm isbaħ milli titgħallem permezz tal-logħob, il-komiks, u r-ritratti?
Matul dawn it-tlett ġimgħat tas-Sinodu, komplejt nikkonferma kemm pajjiżna huwa magħruf u apprezzat minn nies ġejjin mill-ħames kontinenti tad-dinja! Jafu dwarna l-Maltin u l-Għawdxin mhux għax qatt rifsu fuq artna jew intlaħqu mill-pubbliċita li l-istituzzjonijiet turistiċi jagħmlu dwar pajjiżna! Imma din l-impressjoni tajba li għandhom ta’ ġensna ġabuha mix-xhieda u mill-għajnuna tagħna l-Maltin li għandna ħafna għal qalbna l-kawża missjunarja!
We have been now for some time in electioneering mode with the political parties raising their voices on a number of issues. Employment, standard of living, health and education will remain the major focus of debate for some time. However, central to all this, but not explicitly mentioned by any of the parties, is the role of government in society and the economy.
Is-sena l-oħra tnieda għal l-ewwel darba l-Premju tal-President għall-Kreattivita u grupp ta’ ħaddiema u klijenti ta’ l-Aġenzija Sapport iddeċidew li jieħdu sehem. Issottomettew l-applikazzjoni u ntagħżlu.