Newsbook

Free - On Google Play

View
Il-Knisja twieġeb għall-akkużi foloz tal-Orizzont   |  Jaqa' waqt li kien qed jaħdem fuq bejt   |  “L-immigranti għandhom dritt għal ħajja stabbli”   |   "M'aħniex edukati fid-diversità"   |  Tmut it-tarbija li ttajret bil-pram b'kollox f'Melbourne

​Il-każ tal-bullying fl-MCAST

Josianne  Camilleri  -  09/11/16 09:09 AM

Meta l-ġimgħa li għaddiet xandarna filmat ta’ każ ta’ bullying fl-MCAST, il-pubbliku rreaġixxa bil-qawwa kontra din l-imġiba.

Dan ifisser li l-kampanji li saru tul is-snin kontra l-bullying ħallew il-frott tagħhom, il-pubbliku hu iktar sensittiv u pront ikkundanna l-imġiba żbaljata.

L-awtoritajiet tal-MCAST ħadu l-azzjoni mmedjata, investigaw il-każ, infurmati li ttieħdu l-passi u anke ġiet involuta social worker biex tagħti l-għajnuna tagħha.

Ġenituri ta’ wħud miż-żagħżagħ involuti tkellmu ma’ Newsbook.com.mt dwar l-għajnuna li uliedhom qed jingħataw biex isolvu sfidi diffiċli li għaddejjin minnhom bħalissa.

F’dawn is-sitwazzjonijiet il-midja għandha rwol importanti li tqajjem kuxjenza dwar ir-realtajiet li għandna madwarna. Fl-istess waqt, minbarra li żżid l-għarfien, tkun qed tixpruna lil min għandu jieħu azzjoni, biex din tittieħed immedjatament.

Fl-ebda ħin, ħadd ma kkundanna l-midja li xandret il-filmat li wera r-realtà tal-fatti kif ġraw fl-MCAST.

L-ebda stigma ma tqegħdet fuq l-MCAST bħala xi istituzzjoni fejn jirrenja l-bullying. Kulħadd japprezza l-ħidma tal-professjonisti, l-għalliema u kull min jaħdem mal-ġenituri. U żgur li dan il-każ iżolat ta’ bullying ma jirriflettix ħażin fuq l-istudenti kollha.

Il-midja għandna responsabbiltà xxandar dawn il-każi – iva din kienet storja leġittima u l-azzjoni li ttieħdet wara li seħħ il-każ tiġġustifika li meta jkun hemm każ ieħor, nerġgħu inxandruh. Dik hi r-responsabbiltà tagħna.


Josianne Camilleri

Editur – Newsbook.com.mt