Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien   |  Ikkonfermata l-analiżi ta' Newsbook: Debono jċedi s-siġġu   |  Kittieba konservattivi jakkużaw lill-Papa b'ereżija   |  "In-nisa m'għandhomx jirrifjutaw l-irġiel": Il-BA tinvestiga, oħrajn ma jaraw xejn ħażin   |  Merkel jew Schulz? Il-Ġermaniżi jivvutaw

Editorjal

15/06/16 10:30 PM
Ftit jiem ilu, dawn it-tfal laqgħu lill-President ta’ Malta, li setgħet tara b’għajnejha l-għaqda u r-rispett bejn persuni ġejjin minn tant pajjiżi differenti u li jqattgħu ġranet, xhur u snin flimkien, taħt saqaf wieħed.
30/05/16 09:00 AM
Ma nistgħux niffukaw biss fuq il-paga minima ghax inkunu qed nagħtu l-attenzjoni biss lil min jinsab fis-suq tax-xogħol. Kulħadd għandu dritt għal ħajja diċenti u dawn il-benefiċċji għandhom ikunu biżżejjed biex tal-inqas jipprovdu għax-xiri tal-iktar oġġetti essenzjali.
27/04/16 05:04 PM
Il-Papa għadu kif ippublika dokument uniku dwar il-Familja, “Il-Ferħ tal-Imħabba”. Jissuġġerixxi li d-dokument ma jinqarax bl-għaġġla u jgħid li kulħadd għandu jħoss l-isfida f’kapitlu 8. Ilqajt l-isfida u qrajt il-kapitlu dwar kif il-Knisja trid takkumpanja b’attenzjoni lil min hu l-iktar dgħajjef u lil min juri sinjali ta’ mħabba midruba. Dan billi fost l-oħrajn tagħtihom it-tama u kunfidenza. Mistoqsija li tiġi weħidha tkun kif is-saċerdoti, mgħobbija dejjem aktar b’xogħol differenti, se jsibu l-ħin u l-enerġija biex jagħtu aktar minn din l-għajnuna lill-familji li qed jesperjenzaw il-kriżijiet.
04/04/16 11:41 AM
L-għaref Malti jirraġuna differenti....fil-fatt kien pront qal li ma jimpurtahx x’jiġri fil-Panama; “Għalija l-Ministri jagħmlu li jridu bil-flus tiegħu!” U l-Malti daħal jorqod moħħu mistrieħ li kollox sew. Jgħidlek li ma jimpurtahx lanqas x’jiġri fil-British Virgin Islands, Seychelles, Bahamas jew Anguilla. Għalih dawk postijiet fejn tmur għal btala eżotika u xejn iktar.
02/04/16 11:25 AM
Mart il-Prim Ministru, Michelle Muscat talbet skuża lill-ġurnalisti għall-mod kif attakkathom fl-aħħar laqgħa li kellha magħhom. Spjegat li dakinhar ma rnexxiliex tikkontrolla r-rabja li ħasset meta inizjattiva li tappoġġja hi, marret żmerċ. Dan ġara meta l-ġurnalisti tat-Times żvelaw li priġunieri ma kinux qed jitħallsu għal xogħol ta' ħjata li għamlu għal inizjattiva bl-appoġġ ta’ mart il-PM.
22/03/16 11:33 AM
Bl-istil kwiet u l-imġiba ġentili tiegħu, l-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca sikket lill-politiċi. Agħmel dan ukoll fil-jum li fih mar għand il-Ħallieq.
17/03/16 10:00 AM
Fil-Parlament Ewropew ġie adottat rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet u l-Ugwaljanza tan-Nisa (FEMM). Ir-rapport juri s-sitwazzjoni vulnerabbli tan-nisa refuġjati fl-UE u jitlob lill-istati membri jaddottaw gwidi ċari biex jingħata appoġġ aħjar lil dawn in-nisa u t-tfal.
29/02/16 04:44 PM
Il-Position Paper dwar it-‘Terapija ta’ Konverżjoni’, miktuba minn grupp ta’ esperti kkummissjonati mill-Knisja, qajmet diskussjoni sħiħa li s-soċjetà lanqas kellha ħjiel dwarha waqt il-konsultazzjoni li nieda l-Gvern.
04/02/16 02:24 PM
“Jekk hemm nuqqas ta’ spazju fl-isptar , żgur mhux tort tan-nisa li tilfu t-tarbija. Dawk in-nisa għall-ebda raġuni m’għandhom jitpoġġew fejn ommijiet li għadhom kemm kellhom tarbija. Għadhom ma jafux kemm hi iebsa. Fejn hi s-serjetà u d-dinjità ta’ dawn in-nisa?”
19/01/16 01:42 PM
Daqshekk hi prezzjuża l-ħajja għal xi wħud, dawk li mbagħad imorru jgħannqu lin-neputijiet u jawgurawlhom li jkollhom l-imħabba f’ħajjithom, li kulħadd iġibilhom ir-rispett li jkollhom karriera u jaqilgħu l-belli liri.