Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Editorjal

01/04/13 03:25 PM
Suġġeriment konkret wasal mid-Deputat tal-PN, Jason Azzopardi li ħeġġeġ lil sħabu d-deputati jagħtu xahrejn paga tal-parlament biex tittaffa din il-pjaga tal-ħaddiema li mhux se jieħdu l-paga qabel tliet ġimgħat oħra. Nistennew u naraw jieħdux is-suġġeriment tiegħu!
21/03/13 02:40 PM
Din hi frażi li baqgħet tidwi f’moħħi fi tmiem jum ta’ ħidma differenti mis-soltu li wassalni fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan nhar il-festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem. Dan kien jum l-inawgurazzjoni tal-Pontifikat ta’ Papa Franġisku.
11/03/13 03:42 PM
Jalla jitilgħu kandidati li mhux biss jafu kif jitkellmu, iżda wkoll li jwettqu dak li jwegħdu. Għax fuq kollox, il-politika m’għandiex kuluri. Aħdar, aħmar, blu jew vjola, is-sens tal-politika jibqa’ l-istess; li tħalli soċjetà aħjar milli sibtha.
26/02/13 01:06 AM
Kelli l-opportunita’ naqra artiklu dwar studju ta’ psikologu li jgħid li tfal li jitħallew fiċ-child care centres ikunu iktar aggressivi meta jikbru. Il-psikologu Ingliż Oliver James iwissi li ż-żieda qawwija fin-numru ta’ tfal li jitħallew fiċ-‘child care centres’ qed twassal għal ġenerazzjoni ta’ slavaġ żgħar u vjolenti.
26/02/13 01:05 AM
Huma ż-żgħażagħ infushom li qed iħeġġu lill-politiċi jagħtu każ iktar tal-familja, li dwarha ftit li xejn smajna s’issa f’din il-kampanja elettorali. Il-familja magħmula minn ġenituri u l-ulied li jixirqilhom kull appoġġ biex isaħħu r-relazzjonijiet ta' bejniethom u fl-aħħar mill-aħħar iwasslu għal soċjeta' iktar b'saħħitha.
26/02/13 01:04 AM
F'dawn il-jiem smajt raġel jgħid li jmissha ssir ġabra waħda għal kulħadd u mhux kulħadd jiġbor għalih. Kien qed jirreferi għall-Istrina u d-Dar tal-Providenza.
26/02/13 01:04 AM
Inkellmek fuq politika biss bħalissa?
26/02/13 01:03 AM
Spiss jintqal li l-Ewropa hi bbażata fuq id-diversità.
26/02/13 01:02 AM
L-impressjoni li saret tingħata hi li f’daqqa waħda irridu nipproteġu lil kollox u lil kulħadd.
26/02/13 01:01 AM
Il-fatt li d-diskussjoni dwar it-tiġdid tal-Knisja tqanqal daqstant interess, jista’ jitqies bħala prova ċara li l-interess fil-ħidma tal-Knisja hu qawwi ħafna.