Newsbook

Free - On Google Play

View
Il-Knisja twieġeb għall-akkużi foloz tal-Orizzont   |  Jaqa' waqt li kien qed jaħdem fuq bejt   |  “L-immigranti għandhom dritt għal ħajja stabbli”   |   "M'aħniex edukati fid-diversità"   |  Tmut it-tarbija li ttajret bil-pram b'kollox f'Melbourne

Newsbook

Newsbook Admin  -  01/10/12 12:00 AM

Newsbook.com.mt ġie ddisinjat biex joffri mod modern ta’ kif jinġabru u jiġu ppreżentati l-aħbarijiet fuq l-internet. Dan il-portal joffri esperjenza interattiva billi jintegra l-aktar fatturi ta’ suċċess fil-qasam tan-networks tal-midja soċjali u t-teknoloġiji tal-mowbajls.

Newsbook jistieden lil dawk li jużawh biex jaraw l-istampa sħiħa u jisimgħu lill-partijiet kollha, u għaldaqstant ikunu jistgħu jinterpretaw u jaslu għall-konklużjoni tagħhom dwar il-ġrajjiet kurrenti.

Newsbook.com.mt jinkludi kontenut viżwali li jiġi trasmess fuq in-networks tal-midja soċjali; kontenut ta' awdjo tal-aħbarijiet fil-qosor; djalogu interattiv permezz ta’ kummenti u stħarriġ online (web polls). Joffri wkoll il-faċilità tas-smigħ tas-servizzi tal-aħbarijiet u x-xandir ta’ programmi ta' ġrajjiet kurrenti ta' l-RTK.

Fl-okkażjoni tal-20 anniversarju ta’ RTK Ltd, il-kamra tal-aħbarijiet tal-istazzjon daħlet għal dan il-proġett ġdid li jimxi id f'id mal-missjoni tal-istazzjon li jilħaq udjenza usa’ u jwassal il-verità tal-ġrajjiet tal-ġurnata. Newsbook.com.mt tnieda uffiċjalment fl-1 ta' Ottubru 2012.

News-books kienu, fis-seklu 16, dawk li huma l-gazzetti tal-lum. Kienu jkopru storja waħda sħiħa, bħal xi battalja, diżastru jew xi ġuri sensazzjonali u kienu jintużaw l-aktar bejn l-1650 u l-1700.