Home Aħbarijiet ​242 vettura bi pjanċa barranija u bil-permess li jinstaqu f’Malta

​242 vettura bi pjanċa barranija u bil-permess li jinstaqu f’Malta

minuta qari

Sal-bidu ta’ Ottubru ta’ din is-sena, f’Malta kien hawn 242 vettura awtorizzati biex jinstaqu f’Malta u li ġew reġistrati f’pajjiż barrani.
Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li dawn il-vetturi għandhom il-permess li jinstaqu f’Malta għal perijodu ta’ tletin ġurnata.
Meta ġie mistoqsi mid-deputat Nazzjonalista Claudio Grech, minn liema pajjiżi ġejjin dawn il-vetturi, il-Ministru Borg wieġeb li din l-informazzjoni mhijiex disponibbli.