Home Aħbarijiet 3 persuni arrestati wara li nqabdu bid-droga

3 persuni arrestati wara li nqabdu bid-droga

minuta qari

Tliet persuni ġew arrestati b’rabta ma’ droga.
Ilbieraħ filgħaxija, Malti ta’ 39 sena ġie arrestat f’Buġibba mill-membri tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga wara li fil-pussess tiegħu nstabu diversi qratas tal-kokaina kif ukoll joints tal-kannabis lesti biex jiġu ttraffikati.
Iktar tard matul il-lejl, membri mit-taqsim tal-Administrative Law Enforecement arrestaw żewġ persuni, Alġerin ta’ 23 sena u Somalu ta’ 21 sena. Dan wara li fil-pussess tagħhom instabu sustanzi suspettati kokaina u kannabis li kienu imqasma go diversi qratas lesti sabiex jiġu ttraffikati.
Iż-żewġ persuni ġew arrestati f’Paceville.
Ritratt: arkivji