Home Aħbarijiet ​67 impjegat amministrattiv jirriżenjaw mill-Università din is-sena

​67 impjegat amministrattiv jirriżenjaw mill-Università din is-sena

minuta qari

Kien hemm 67 impjegat amministrattiv mal-Università ta’ Malta li rriżenjaw minn xogħolhom bejn Jannar tal-2016 u Settembru ta’ din is-sena.
Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo għadda dan it-tagħrif f’mistoqsija parlamentari mressqa mid-deputata Nazzjonalista Therese Comodini Cachia.
Spjega li l-parti l-kbira ta’ dawn l-impjegati amministrattivi li rriżenjaw, jiġifieri 29, kienu jokkupaw il-grad ta’ skrivan.
Eżatt warajhom, bi 13-il riżenja, kien hemm dawk l-impjegati li kienu fi grad ta’ uffiċjal eżekuttiv mal-Università ta’ Malta.