Home Sport AC Milan viċin l-akkwist ta’ Nikola Kalinic

AC Milan viċin l-akkwist ta’ Nikola Kalinic

minuta qari

AC Milan għandhom sa nhar il-Ġimgħa sabiex jikkonkludu l-affarijiet ma’ Fiorentina fit-tentattiv li jakkwistaw lill-plejer Nikola Kalinic.
Il-Vjola huma lesti jċedu lis-Serb ta’ 29 sena għalkemm mhux lesti jistennew iktar mingħand il-Milanisti li qed idumu jaħsbuha biex jiksbu s-servizzi tiegħu.
Il-president ta’ Fiorentina Andrea DellaValle ħabbar li wara nhar il-Ġimgħa Kalinic joħroġ mil-lista tal-players li sejrin u huwa għalhekk li Milan issa jridu jħaffu sabiex jaraw x’se jagħmlu eżatt.
Għal aktar aħbarijiet mix-xena tal-isport, agħfas hawnhekk.