Home Kummerċ Teknoloġija Aħsiblu jekk trid tixtri iPhone għall-Milied

Aħsiblu jekk trid tixtri iPhone għall-Milied

2 minuti qari
L-aktar parti importanti fl-iPhone li jmiss hu l-iskrin, li hu mistenni juża‘ teknoloġija ġdida tat-tip OLED.
L-unika kumpanija li bħalissa tipproduċi dawn it-tip ta’ skrins bi kwalità għolja u ammonti kbar għad-domanda tal-Apple hu l-kompetitur tagħha stess, Samsung.
Ming-Chi Kuo, analista għal KGI Securities, kiteb fuq ‘Apple Insight’ li s-suq għall-iskrins OLED għall-iPhones hu kontrollat kollu kemm hu mis-Samsung.
Hu qal li dan jispjega għalfejn Samsung bħalissa għandha aktar saħħa fin-negozji globalment, tant li kull skrin jiswa madwar $130.
Kuo qal li filwaqt li Apple għandha bżonn miljuni ta’ skrins OLED mingħand Samsung, l-involviment ta’ Samsung fil-produzzjoni tal-iPhones hi akbar minn hekk. Dan għaliex Samsung qed tipprovdi partijiet oħra li huma essenzjali għall-iskrin tal-iPhone.
Sostna li din hi responsabbilità kbira għal kumpanija waħda u li dan ifisser li jekk ikun hemm xi ħsara teknika fid-dipartiment ta’ Samsung Display dan jaffettwa ħażin l-iPhone, b’mod partikolari l-produzzjoni.
Kuo temm jgħid li kollox jindika li minħabba dan ir-riskju li l-ammont ta’ mudelli tal-iPhone 8 fis-swieq internazzjonali din ix-xitwa se jkun inqas mis-snin ta’ qabel.