Home Aħbarijiet Ajruplan tar-Ryanair idur lura lejn Malta

Ajruplan tar-Ryanair idur lura lejn Malta

minuta qari

Ajruplan tar-Ryanair niżel lura Malta ftit wara li ħalla l-Ajruport lejn Bristol.

Minn informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt jidher li l-ajruplan żviluppa ħsara f'waħda mir-roti.
Jidher li l-kumpanija ppreferiet li l-ajruplan jissewwa Malta, ġaladarba hawn l-enġiniera tal-kumpanija
Kelliema għall-Ajruport Internazzjonali ta' Malta qalet li l-ajruplan, tat-titjira FR3775, għamel xi ħin idur fuq Għawdex biex jaħli l-fuel sabiex ikun iżjed ħafif għall-inżul.
Skont stqarrija tal-Gvern, l-ajruplan beda jtir f'għoli ta' madwar 6,000 pied.
L-ajruplan niżel qawwi u sħiħ fid-9:15am u ħadd ma weġġa'.