Home Aħbarijiet Aktar ħidma bejn id-Dwana, tal-VAT u tat-Taxxi biex jonqsu l-abbużi

Aktar ħidma bejn id-Dwana, tal-VAT u tat-Taxxi biex jonqsu l-abbużi

minuta qari

Fil-Budget li ġej se tkun qed titħabbar kooperazzjoni akbar bejn id-Dipartiment tad-Dwana, id-Dipartiment tal-VAT, u d-Dipartiment tat-Taxxi. Dan bil-għan li jinqabdu aktar abbużi.
Dan qalu l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna,  waqt li indirizza lill-impjegati u eks-impjegati tad-Dwana waqt il-lejla annwali ‘Jum id-Dwana’.
Il-Ministru qal li r-realtajiet inbidlu u għalhekk iridu jinbidlu l-mod kif jinqabdu l-kriminali. Qal li, minħabba li Malta hija obbligata li titratta l-kummerċ minn pajjiżi membri oħra tal-UE daqslikieku kien ġej minn Malta stess, ir-riskji żdiedu.
Għalhekk, kompla l-Ministru, l-aħjar sistema hija dik tal-valutazzjoni tar-riskju, biex wieħed ikun jaf hemm fejn riskju għoli ta’ abbuż.
Id-Dwana, żied jgħid il-Ministru, tista’ tgħin lill-pajjiż ikun aktar effiċjenti.