Home Aħbarijiet ​Anzjani jitgħallmu dwar l-IT u smartphones

​Anzjani jitgħallmu dwar l-IT u smartphones

minuta qari

Il-mira ewlenija tal-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni, l-MCA, kienet li żżid l-għarfien dwar l-internet għall-persuni li għandhom ‘il fuq minn 55 sena.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat, fil-Parlament qal li l-MCA wettqet sensiela ta’ programmi edukattivi immirati għal dawn il-persuni biex tippromwovi l-kummerċ elettroniku u l-ħiliet bażiċi tal-IT.
B’kollox kien hemm madwar 7,000 persuna li bbenefikaw minn xi wieħed minn dawn il-programmi tal-MCA, li qal inkluda wkoll kors dwar l-użu tal-ismartphones.
Il-Prim Ministru spjega li l-MCA se tkun qed toffri sensiela ta’ taħriġ ieħor fuq l-użu tal-internet lil madwar 2,000 persuna oħra, u li dan qed isir b’kollaborazzjoni mas-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva.