App biex ġenituri jwasslu t-tfal ta’ xulxin l-iskola

minuta qari

Bi sforz biex jonqsu l-karozzi mit-toroq Maltin, inħolqot app biex ġenituri jkunu jistgħu jwasslu t-tfal ta’ xulxin l-iskola.
L-app saret mill-Incredible Web, il-fundaturi tal-inizjattiva Bum a Lift, u bħalissa hi disponibbli għall-ġenituri tal-istudenti tal-Kulleġġ St Martin’s.
L-għan hu li l-app tkun disponibbli għall-iskejjel tal-Knisja, skejjel privati, l-iskejjel tal-istat u anke postijiet tax-xogħol b’għadd ta’ impjegati.
Din l-inizjattiva issa qed tiġi appoġġjata wkoll minn Transport Malta bħala parti mill-istrateġija tagħha favur car pooling.
Ġenituri interessati jistgħu jirreġistraw fuq www.bum-a-lift.com/schools filwaqt li skejjel li jixtiequ jipparteċipaw f’din l-inizjattiva jistgħu jibagħtu imejl fuq info@incredible-web.com.