Home Sport Arsenal iridu £30 miljun għal Ozil

Arsenal iridu £30 miljun għal Ozil

minuta qari

Skont il-ġurnali Ingliż The Daily Star, Arsenal qed jippretendu somma ta’ £30 miljun mingħand Manchester United sabiex jiksbu l-firma tal-plejer internazzjonali Ġermaniż Mesut Ozil. 
Il-Gunners issa huma determinati illi jieħdu l-flus tal-istilla ta’ 29 sena minħabba li l-kuntratt tiegħu jiskadi fl-aħħar ta’ dan l-istaġun u fin-nuqqas ta’ ftehim, il-plejer ikun jista’ jitlaq b’xejn lejn klabb ieħor. 
Fid-dawl ta’ dan kollu, id-diriġenti ta’ Arsenal qed jaħdmu qatigħ sabiex jikkonkludu dan il-ftehim. 
Min-naħa tiegħu, il-kowċ ta’ Manchester United jidher ħerqan sabiex jerġa’ jingħaqad ma’ Ozil illi kien diġa’ kkowċjah fiż-żmien meta kien imexxi lil Real Madrid lura erba’ snin ilu.