​Attent x’cookies tixtri!

minuta qari

Jekk int allerġiku għall-ġellewż attent x’cookies tixtri.
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qed javża li l-Orange and milk chocolate cookies tal-Waitrose m’għandhomx jiġu kkunsmati minn dawk allerġiċi għall-ġellewż, għalkemm dan mhux iddikjarat fit-tabella.
L-oriġini tal-gallettini hu r-Renju Unit u jiskadu fit-30 ta’ Marzu 2017.
Id-Direttorat spjega li l-kumpanija ddikjarat li parti mill-konsenja laħqet inbiegħet.
Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jċempel fuq 21337333 mit-8am sa 2.30pm.