Home Sport ​Ausilio jaħseb għal difensur ieħor

​Ausilio jaħseb għal difensur ieħor

minuta qari

Hekk kif Milan Skriniar qed jispikka, Inter qed ifittxu difensur ċentrali bħala alternattiva għall-plejer Miranda, illi għadu kemm għalaq 33 sena u se jispiċċalu l-kuntratt fl-aħħar ta’ dan l-istaġun.
Huwa għalhekk illi d-direttur sportiv tan-Neroazzurri Piero Ausilio għandu f’moħħu ħames ismijiet, li huma l-Urugwajan Jose Gimenez, is-Senegaliż Issa Diop, il-Brażiljan Felipe, id-Daniż Andreas Christensen u l-Kroat Filip Benkovic.
Wieħed minn dawn il-kandidati huwa favorit illi jilbes il-flokk iswed u ikħal ta’ Inter hekk kif it-tim diġà qed jaħseb għall-istaġun li ġej.