Home Lifestyle Awdjo: Il-Knisja ta’ San Ġiljan b’dehra ġdida

Awdjo: Il-Knisja ta’ San Ġiljan b’dehra ġdida

minuta qari

Il-Kappillan ta’ San Ġiljan Fr Claude Portelli spjega li l-Parroċċa Ġiljaniża għaddejja b'fażi ġdida fil-proġett taċ-Ċentru Parrokkjali,fażi  li se tgħaqqad il-pont ta’ quddiem il-Knisja mal-Knisja Parrokkjali.
Ma’ Newsbook.com.mt Fr Claude qal li għal dan il-għan sar it-taraġ. Spjega li l-proġett jinkludi l-binja taċ-Ċentru Parrokkjali kif ukoll ir-restawr tal-faċċata tal-Knisja.
Fr Claude spjega li l-għan taċ-Ċentru huwa li jsir il-katekiżmu u li jilqa’ lin-nies fih għal diversi attivitajiet u laqgħat.
Żied jgħid  li bil-ħidma li għaddejja kemm fuq iċ-Ċentru Parrokkjali kif ukoll fil-Knisja jrid li jerġa’ jpoġġi lill-Knisja Parrokkjali fil-qalba ta’ San Ġiljan.
Temm jgħid li kemm minħabba l-festa kif ukoll għax huwa żmien ix-shutdown ix-xogħol se jieqaf għal ftit.
Ritratti: Parroċċa San Ġiljan