Awdjo: ‘Spiċċajt bla sieq, u għaddejt minn trawma’ – Joe

2 minuti qari

Joseph Gafa’ jinsab ċert li filwaqt li t-taqsima ta’ rijabilitazzjoni f’San Luqa ħadet in-nar, jittama li se jiġi allokat post ieħor li jkun jista’ jintuża minn min għandu bżonn.
Sentejn ilu, Joseph beda juża s-servizz tat-taqsima ta’ rijabilitazzjoni f’San Luqa, wara li kellu amputazzjoni f’saqajh.
Ma’ Newsbook.com.mt jgħid li filwaqt li m’għadux pazjent hemmhekk, għadu jmur kultant żmien, anke peress li jagħmel parti mill-għaqda Amputees4Amputees, kif ukoll biex jara lil ħbieb tiegħu.
Spjega kemm hu importanti s-servizz tat-taqsima ta’ rijabilitazzjoni wara amputazzjoni.
Joseph kompla jispjega li filwaqt li għad m’hemmx post fiss fejn issir ir-rijabilitazzjoni, hemm min juża post ieħor fl-isptar San Luqa.
Newsbook.com.mt tkellem mal-President tal-għaqda Amputees4Amputees, li sostniet li "meta titlef saqajk, hu importanti li wieħed jibda r-rijabilitazzjoni malajr kemm jista' jkun, sabiex ma tintilifx is-saħħa fil-muskoli.
It-taqsima nħakmet minn nirien nhar is-Sibt li għadda, u hu mifhum li bdew min xort fi plakka ta’ kontenitur tal-ilma.
Intant, is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, Chris Fearne, żar it-taqsima f'San Luqa, fejn ġie assigurat li s-servizzi offruti lill-pazjenti minn din it-taqsima se jkunu qegħdin jingħataw minn sezzjoni oħra fl-isptar Karen Grech.