Home Lifestyle Awdjo: ​The Priests b’kunċert mill-isbaħ bis-sehem tal-udjenza

Awdjo: ​The Priests b’kunċert mill-isbaħ bis-sehem tal-udjenza

minuta qari

L-ewwel kunċert mit-tlett tenuri ta’ fama internazzjonali The Priests li sar ilbieraħ filgħaxija intlaqa’ tajjeb ħafna mill-pubbliku.
Ma’ Newsbook.com.mt, Ruth Cauchi mill-Kumitat Organizzattiv qalet li f’atmosfera mill-isbaħ, il-pubbliku anke kien involut f’dan il-kunċert li jiftaħ il-festi tal-Milied.
Illejla fis-7:00pm it-tlett tenuri Fr Martin O’Hagan, Fr Eugene O’Hagan u Fr David Delargy se jkunu qed jagħtu t-tieni u l-aħħar kunċert tagħhom, bil-pubbliku għadu fiċ-ċans li jattendi għal dan it-tieni kunċert li se jittella’ ukoll fl-Istitut Kattoliku.
Fil-kunċert qed jieħdu sehem ukoll orkestra Maltija, is-soprana Gillian Zammit u anke kor tat-tfal.
Ilbieraħ, it-tlett tenuri ltaqgħu mal-Isqof Charles Scicluna.
Il-fondi miġbura se jmorru għax-Sheperds Fund li jgħin fil-bżonnijiet tal-qassisin, inkluż dawk morda u anzjani.

Ritratti: Photocity, Valletta