Home Aħbarijiet Awdjo: Twelled ħabta u sabta fuq bankina f’Tas-Sliema

Awdjo: Twelled ħabta u sabta fuq bankina f’Tas-Sliema

minuta qari

Diċembru huwa assoċjat mat-twelid u fl-ewwel jum ta’ dan ix-xahar ma nistgħux ma nippubblikawx esperjenza mhux tas-soltu li għaddew minnha residenti u persuni li kienu qed jippassiġġaw f’Tas-Sliema.
Fi ftit minuti, din il-ġimgħa, mara welldet fuq il-bankina u minn dak li qalulna persuni li kienu preżenti u anke taw l-ewwel għajnuna, it-tarbija twieldet b’saħħitha.
Newsbook.com.mt tkellem ma’ Chantal Camilleri li t-tarbija twieldet propju quddiem id-dar tagħha.
Chantal spjegat li kollox seħħ fi ftit ħin meta l-mara ndunat li kienet se twelled u ma kienx hemm ħin biex tmur l-isptar.
Persuni li kienu fuq il-post ċemplu ambulanza li skont Chantal Camilleri waslet eżatt fil-ħin biex it-tim mediku jgħin lill-mara twelled.
Sakemm ħarġet tiġri fil-gallarija, it-tarbija twieldet bin-nies li nġabru jċapċpu waqt li oħrajn baqgħu b’ħalqhom miftuħ.
Il-mara, Pakistana, ittieħdet l-isptar bl-ambulanza.
 “Dan hu l-miraklu impressjonanti tal-ħajja,” saħqet Chantal. “Ma nimmaġinax li se nerġa’ ngħaddi minn esperjenza simili.

Ritratti: Arkivji