Baker Tilly Malta b’donazzjoni f’waqtha lil Dar il-Kaptan

2 minuti qari

Il-kumpanija Baker Tilly Malta, li tagħti pariri f’dak li għandu x’jaqsam ma’ accounts, awditjar u negozju, tat defibrillatur estern awtomatizzat lil dar il-Kaptan, bħala parti mill-impenn soċjali tagħha.
Id-defibrillatur estern awtomatizzat huwa apparat li jintuża sabiex jidentifika problemi fil-ħidma tal-qalb. Fost l-oħrajn, id-defibrillatur jista’ jindika jekk il-qalb tkunx qed tħabbat bir-rata li sippost tħabbat. Dan l-apparat jurik, fost l-oħrajn, jekk il-qalb tkunx qed titriegħed flok tħabbat, inkella tħabbat iżżejjed minħabba impulsi elettriċi mħawdin fil-ġisem.
Fi stqarrija, il-kumpanija qalet li dan l-apparat jista’ jintuża wkoll sabiex jerġa’ jistabbilixxi l-impulsi elettriċi fil-ġisem sabiex il-qalb tkun tista’ terġa’ tħabbat kif sippost.
Iċ-Ċerpersin tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Kura u Mistrieħ (FRCS), Jennifer Sant, irrimarkat li hija ta’ ispirazzjoni meta tara kumpaniji joffru l-għajnuna tagħhom f’oqsma simili, filwaqt li inkuraġġiet lil kumpaniji oħra jagħmlu bħal Baker Tilly Malta.
Fir-ritratt: Iċ-Ċermen tal-FRCS, Jennifer Sant (is-sitt waħda mil-lemin), l-Amministratur tad-dar, Joseph Gerada (it-tielet mil-lemin) u u l-kordinatriċi tas-servizzi fid-dar, Frida Mangion (ir-raba' mil-lemin), ma' Donald Sant, maniġer u fundatur ta' Baker Tilly Malta (l-ewwel mil-lemin) u persuni oħra mill-istaff tal-kumpanija.