Home Sport Barcelona interessati f’Seri

Barcelona interessati f’Seri

minuta qari

Hekk kif jiftaħ is-suq tat-trasferimenti f’Jannar, Barcelona se jippruvaw jaqbdu trattattivi ġodda mal-klabb Franċiż ta’ Nice sabiex jiksbu s-servizzi ta’ Jean-Michael Seri.
Matul dan is-sajf kien hemm xniegħa li dan il-plejer ta’ 26 sena mill-Kosta tal-Avorju jista’ jingħaqad mal-Blaugrana iżda finalment ma sar l-ebda ftehim.
Jidher illi d-diriġenti Spanjoli jistgħu jerġgħu juru interess f’Seri illi jinsab ferm ħerqan li jilbes il-flokk ta’ Barcelona.