Home Sport Barcelona jerġgħu jippruvaw għal Coutinho

Barcelona jerġgħu jippruvaw għal Coutinho

minuta qari

Il-klabb ta’ Barcelona huma lesti li jerġgħu jippruvaw jirsistu għall-akkwist tal-plejer ta’ Liverpool, Philippe Coutinho.
Wara li kienu ilu jissemma’ li se jitlaq lit-tim minn Anfield Road, Coutinho fl-aħħar mill-aħħar baqa’ mar-Reds għalkemm issa l-Katalani se jippruvaw jakkwistawh f’Jannar illi ġej.
Ikkonferma dan kollu il-Kap Eżekuttiv ta’ Barcelona Oscar Grau li madankollu ammetta li l-wasla tiegħu fil-belt Spanjola tista’ tiswa xi ftit tal-flus.
Coutinho kellu esperjenzi ma’ Inter, Vasco DaGama, u Espanyol qabel ma’ ngħaqad ma’ Liverpool.