Home Lifestyle “Bgħattna lis-seminaristi d-dar minħabba l-uragan” – saċerdot Malti fi Florida

“Bgħattna lis-seminaristi d-dar minħabba l-uragan” – saċerdot Malti fi Florida

minuta qari

Id-direttur tas-seminarju maġġuri fid-distrett ta’ Florida, Dun Nicholas Cachia, qal li s-seminaristi tiegħu ntbagħtu d-dar minħabba l-uragan Irma.
Dan id-deċiżjoni ttieħdet kemm għas-sigurtà tagħhom kif ukoll biex ikunu jistgħu jagħtu daqqa t’id lil dawk li jkunu fil-bżonn tal-għajnuna tagħhom.
Dun Cachia huwa Professur tat-Teoloġija Spiritwali u tal-Kelma Mqaddsa. Huwa jagħmel parti mis-seminarju San Vinċenz de Paul, li twaqqfet fl-1963 u għenet fil-formazzjoni ta’ aktar minn 600 qassis.
Dun Nicholas Cachia kien qed jagħti l-kummenti tiegħu waqt intervista ma’ Newsbook.com.mt, fejn qal li ingħataw struzzjonijiet biex ir-residenti qrib ix-xtut ta’ Florida jevakwaw minħabba l-uragan Irma. L-awtoritajiet qalulhom biex isibu post fl-għoli u sigur kontra l-irjiħat.
L-uragan Irma ngħata l-kategorija ħamsa, jiġifieri l-aktar kategorija għolja li jista’ jikseb uragan. Skont rapporti f’ġurnali barranin jidher li mietu aktar minn għaxar persuni minħabba din il-maltempata.