Bieb il-Bombi jinfetaħ għall-viżitaturi waqt in-Notte Bianca

minuta qari

Eluf ta’ persuni attendew għad-disa’ edizzjoni tan-Notte Bianca li saret ilbieraħ filgħaxija minkejja l-possibilità ta’ xita mbassra.
Aktar minn 100 artist ħadu sehem filwaqt li mal-5,000 persuna kienu involuti fil-preparamenti.
Diversi mużewijiet kienu miftuħa għall-pubbliku mingħajr ħlas u dan minbarra li l-pubbliku seta’ jidħol fil-Palazz tal-President u l-Parlament minbarra d-diversi knejjes madwar il-Belt Valletta.
Minbarra d-diversi attrazzjonijiet fil-Belt Valletta, dawk li attendew kellhom l-opportunità ukoll li jitilgħu fuq Bieb il-Bombi fejn kien hemm spettaklu mid-DJ Pierre Cordina.
In-Notte Bianca kienet organizzata mill-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti bil-kollaborazzjoni tal-Fondazzjoni V18.

Ritratti: Pierre Cordina