Home Sport Borussia Dortmund qed isegwu lil Ozil

Borussia Dortmund qed isegwu lil Ozil

minuta qari

Il-gazzetta Ingliża The Mirror irrapurtat li t-tim Ġermaniż ta’ Borussia Dortmund qed jikkunsidraw sew l-għażla li jġibu magħhom lil Mesut Ozil mingħand Arsenal.
Die Borussen, kif inhu magħrufa f’pajjiżhom, qegħdin ifittxu sostitut denju ta’ Ousmane Dembele li kif nafu ngħaqad ma’ Barcelona kmieni l-ġimgħa l-oħra.
Sadanittant Ozil jinsab fl-aħħar sena tiegħu ma’ Arsenal u jidher li d-diriġenti Ġermaniżi qed jaħsbu sew din l-eventwalità.
Ozil għandu 28 sena u ilu ma’ Arsenal sa mis-sena 2013 fejn minn 116 il-partita sab ix-xibka 23 darba.