Home Aħbarijiet ​Dalwaqt tista’ tapplika jekk titħajjar tidħol LSA mal-Gvern

​Dalwaqt tista’ tapplika jekk titħajjar tidħol LSA mal-Gvern

minuta qari

Dalwaqt se joħorġu żewġ sejħiet għal-Learning Support Assistants jew LSAs fl-iskejjel tal-Gvern.
Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo żvela dan fil-Parlament meta kien qed jirrispondi mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Ryan Callus. Qal li l-ewwel sejħa se toħroġ bejn Novembru u Diċembru li ġej u din se tkopri LSAs One. It-tieni sejħa se ssir bejn Diċembru u Jannar u din se tkopri LSAs Two.
Barra minn hekk, ikkonferma li s-sejħa għal grad ta’ LSAs Supplimentari, li diġà nfetħet, se tibqa’ miftuħa sad-29 ta’ Diċembru li ġej.