Home Kummerċ Daqshekk bagalja u basket fuq ir-Ryanair

Daqshekk bagalja u basket fuq ir-Ryanair

minuta qari

Mill-1 ta’ Novembru li ġej, dawk kollha li jsiefru bir-Ryanair mhux se jitħallew itellgħu fuq l-ajruplan bagalja żgħira.
Huma dawk li jħallsu €5 żejda għall-priority boarding li se jkollhom il-fakultà li jtellgħu basket u bagalja żgħira magħhom. Il-bqija tal-passiġġieri se jitħallew itellgħu basket biss.
Fi stqarrija, il-linja tal-ajru qalet li l-bagalja ż-żgħira se titħalla ħdejn il-boarding gate u tinġabar b’mod normali mal-bagalji fl-ajruport tad-destinazzjoni.
Dan is-servizz se jingħata mingħajr ħlas.
Mhux l-ewwel darba li l-passiġġiera tar-Rynair jintalbu jħallu l-hand luggage ħdejn l-ajruplan biex tintbagħad mal-bqija tal-bagalji għax abbord ma jkunx hemm aktar spazju. Issa din se ssir in-norma.
Ir-Ryanair qalet li qed tagħmel dan biex jonqos id-dewmien tat-titjiriet ikkawżat min-nuqqas ta’ spazju fuq l-ajruplan.
Apparti minn hekk, ir-Ryanair biddlet il-ħlasijiet għal dawk il-bagalji li jintbagħtu meta jsir iċ-check-in.
Minn €35, il-bagalja se tibda tista' €25 u apparti minn hekk se jiżdied ukoll il-piż minn 15-il kilogramma għal 20.