Home Aħbarijiet Aġġornata: Erba’ nomini għall-elezzjonijiet ta’ Viċi Kap tal-PN

Aġġornata: Erba’ nomini għall-elezzjonijiet ta’ Viċi Kap tal-PN

minuta qari

Il-Partit Nazzjonalista qal li b’kollox intlaqgħu erba’ nomini għall-elezzjonijiet ta’ Viċi Kap għall-Ħidma fil-Parlament u Viċi Kap għall-Ħidma fil-Partit.
Fi stqarrija, il-PN ħabbar li d-Deputat u l-Whip Nazzjonalista David Agius ippreżenta n-nomina għall-kariga ta' Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Ħidma fil-Parlament, li hija l-kariga attwali ta’ Mario Demarco. Din il-ġimgħa ppreżenta n-nomina għall-istess kariga d-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo. 
Il-kariga l-oħra hi dik ta' Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Partit li se tiġi vakata minn Beppe Fenech Adami. Laħqu tefgħu n-nomini għaliha d-deputat Nazzjonalista Robert Arrigo u l-Membru Parlamentari Toni Bezzina.
Il-Partit Nazzjonalista beda jilqa’ n-nominazzjonijiet nhar it-Tnejn li għadda, biex jimla ż-żewġ karigi ta’ Viċi Kap tal-PN.
L-elezzjoni għall-ħatra tal-Viċi Kapijiet se ssir fit-18 ta’ Novembru.
Fl-istqarrija, il-PN spjega li l-Kunsill Ġenerali li se jitlaqqa’ s-Sibt l-4 ta’ Novembru meta se jsiru l-elezzjonijiet għal President tal-Kunsill Ġenerali u għat-18-il rappreżentant fil-Kumitat Eżekuttiv.