​Dawn il-cookies ma jistax jikolhom kulħadd

minuta qari

Il-cookies The Complete Cookie – Chocolate Chip tad-ditta Lenny & Larry’s m’għandhomx jiġu kkunsmati minn kulħadd.
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qed javża lil dawk allerġiċi għall-ħalib biex ma jikkunsmawhx, minħabba li li fih ingredjent bil-ħalib li mhux iddikjarat fuq it-tikketta.
L-avviż huwa dwar lott numru 20151001, bid-data tad-durabbiltà ta’ bejn is-7 ta’ Novembru 2017 u t-30 ta’ Novembru 2017.
Il-konsenja laħqet inbiegħet kollha.