​Diego Costa jrid biss lil Atletico Madrid

minuta qari

L-attakkant Diego Costa jrid imur biss ma’ Atletico Madrid hekk kif stqarr dan kollu f’intervista illi ta lill-ġurnal Ingliż, The Daily Mail. 
Skont Costa, hu kien ferm viċin illi jġedded il-kuntratt ma’ Chelsea f’Jannar illi għadda, iżda minħabba l-attitudni xejn sabiħa ta’ Antonio Conte fil-konfront tiegħu bidel ħsibijietu. L-internazzjonali Spanjol jixtieq jinħall akkost ta’ kollox minn mal-Blues u filwaqt illi Milan għadhom jiġru warajh, huwa lest li jistenna sabiex jingħaqad mal-eksklabb tiegħu Atletico Madrid.
Dawn tal-aħħar bħalissa ma jistgħux jixtru plejers minħabba sanzjoni fuqhom u għalhekk iridu jistennew sa Jannar biex eventwalment jakkwistaw lil dan il-plejer.