Home Lifestyle Moda Ditta Maltija ġdida għall-basktijiet

Ditta Maltija ġdida għall-basktijiet

minuta qari

Id-diżinjatriċi lokali Saz Mifsud se tniedi kollezzjoni ġdida ta’ basktijiet tal-okkażjoni magħmula minn ħarir fin.
Il-basktijiet huma addattati biex jintlibsu max-xalpi tal-ħarir li diġà tipproduċi din id-diżinjatriċi, fosthom dawk fl-aħħar kollezzjoni li ġġib l-isem Begonia.
Saz Mifsud tispira ruħha mid-dinja botanika u tgħaqqad flimkien it-tpinġija, il-fotografija u l-midja diġitali fil-proċess tat-tfassil ta’ dawn ix-xalpi u basktijiet.
Il-basktijiet ta’ Saz Mifud se jkunu murija u għal bejgħ għand Intune Designs, 281A Manwel Dimech Street, Sliema nhar is-Sibt 25 ta’ Novembru bejn l-10:30am u s-7pm. 
Ritratt: Andrew Borg Wirth; Mudella: Tina Mifsud

Segwi aktar stejjer fuq il-moda hawn.