Home Sport Diversi klabbs Ewropej interessati fi Duarte

Diversi klabbs Ewropej interessati fi Duarte

minuta qari

Diversi klabbs tal-PremierLeague Ingliż qed isegwu b’interess il-progress tal-winger Brażiljan ta’ Shaktar Donetsk Bernard Duarte.
Diversi ġurnali Brażiljani qalu illi l-plejer ta’ 25 sena qed ikollu wirjiet tajbin mat-tim Ukren u matul dan l-istaġun għaddej minn mument maġiku hekk kif qed jipprovdi blalen importanti lil sħabu li eventwalment jissarrfu f’gowls.
Xi ġurnalisti Brażiljani ssuġġerew illi Bernard jista’ jerġa’ jingħaqad mal-klabb antik tiegħu Palmeiras iżda l-plejer jixtieq jibqa’ jilgħab fl-Ewropa possibbilment l-Ingilterra b’Chelsea, Arsenal u Liverpool kollha ħerqana biex jiksbu l-firma tiegħu.
Bernard ilu ma’ Shaktar Donetsk sa mis-sena 2013 fejn minn 76 partita skorja 8 gowls.