Home Aħbarijiet Elezzjonijiet każwali għall-kandidati tal-PN nhar l-Erbgħa

Elezzjonijiet każwali għall-kandidati tal-PN nhar l-Erbgħa

minuta qari

L-għadd tal-voti f'elezzjonijiet każwali f'erba' distretti oħra se jkunu qed isiru nhar l-Erbgħa 21 ta' Ġunju mit-8:00am ‘il quddiem.
Il-Kummissjoni Elettorali se tmexxi żewġ elezzjonijiet każwali fil-11-il distrett elettorali u elezzjoni każwali oħra fl-għaxar, fis-seba’ u fit-13-il distrett elettorali.
Ħabbret li qed tilqa’ n-nominazzjonijiet ta’ kandidati tal-PN għall-elezzjoni każwali sabiex jimtlew il-postijiet ta’ membri parlamentari, wara li ġiet inkarigata mill-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca 
Dawn il-postijiet kienu ġew ċeduti rispettivament minn Simon Busuttil, David Agius, Robert Arrigo, Beppe Fenech Adami u Marthese Portelli.
Avżat li dawk il-kandidati li kkontestew dawn id-distretti u ma ġewx eletti, iżda għandhom il-kwalifi meħtieġa, jistgħu jippreżentaw in-nomina tagħhom, bejn għada l-15 ta' Ġunju u t-Tnejn 19 ta' Ġunju, fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali f'Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta, bejn id-9am u s-1pm. 
Formoli tan-nomina jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali.