Home Aħbarijiet Esklussiva: Andrea Bocelli jasal Malta għall-kunċert ta’ Joseph Calleja

Esklussiva: Andrea Bocelli jasal Malta għall-kunċert ta’ Joseph Calleja

minuta qari

It-Tenur internazzjonali Andrea Bocelli għadu kemm wasal Malta ftit sigħat qabel ma jkanta mat-Tenur Malti Joseph Calleja fuq il-Fosos tal-Furjana.
Din l-aħbar se sserraħ ras ħafna persuni li llejla se jkunu fuq il-Fosos tal-Furjana bil-għan li jisimgħu liż-żewġ tenuri jkantaw flimkien.
Dan wara li aktar kmieni din il-ġimgħa Bocelli ħassar żewġ kunċerti minħabba li kellu l-bronkite.
Ilbieraħ l-organizzaturi tal-kunċert ta' Joseph Callejja lbieraħ qalu ma’ Newsbook.com.mt li Bocelli kien għadu ma nfurmahomx li mhux se jattendi minkejja l-ħafna spekulazzjonijiet. 
Il-kunċert se jkun qed jiċċelebra l-20 sena minn meta Calleja beda jiddebutta fl-opera.