Home Aħbarijiet ​€5,000 għal Pembroke Athleta Sports Club

​€5,000 għal Pembroke Athleta Sports Club

2 minuti qari

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima ppreżenta grant agreement ta’ €5,000 lil Pembroke Athleta Sports Club sabiex ikunu jistgħu jiffinanzjaw parti mix-xogħol tagħhom ta’ manutenzjoni tas-saqaf tal-binja ntużata mill-klabb.
Fi stqarrija Grima qal li huwa d-dmir tiegħu li jfaħħar ix-xogħol siewi li jagħmlu l-għaqdiet volontarji bħal dawk ta’ Pembroke Athleta iżda qal li jrid jagħti appoġġ materjali wkoll.
Is-Segretarju Parlamentari spjega li għalkemm hemm diversi programmi ta’ finanzjament għall-organizzazzjonijiet volontarji, hemm sitwazzjonijiet fejn organizzazzjoni jista’ jkollha bżonn appoġġ li jirriżulta minn sitwazzjoni ta’ emerġenza.
Grima spjega li qed jopera fond ta’ kontinġenza għan-nom tas-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-għaqdiet tal-volontarjat. Saħaq li dan għandu jintuża biss f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u sitwazzjonijiet eċċezzjonali li jistgħu jinqalgħu minn żmien għal żmien u f’sitwazzjonijiet li jistgħu jew iwaqqfu l-operazzjoni tal-organizzazzjoni volontarja li hija essenzjali għall-komunità, jew fejn voluntiera u benefiċjarji jistgħu jkunu f’riskju.
 Skont is-Segretarju Parlamentari, l-bini li qed jintuża mill-klabb sportiv f’Pembroke qed issostni ħsarat annwali kkawżati mill-elementi naturali. Wara diversi snin s-saqaf u l-kampnar tal-Kappella għandhom bżonn manutenzjoni. L-ispejjeż jammonta għal madwar €7,000.
Ritratt: Reuben Piscopo