Home Aħbarijiet ​“Fi żmien ġimgħa tkun taf jekk intix eliġibbli għall-Home Help” – Ministru...

​“Fi żmien ġimgħa tkun taf jekk intix eliġibbli għall-Home Help” – Ministru għal Għawdex

minuta qari

Is-servizz tal-Home Help f’Għawdex għall-anzjani, morda u persuni b’diżabiltà qed jingħata fi żmien ġimgħa mill-applikazzjoni.
Qalet dan il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana, li semmiet kif mill-aħħar ta’ Ġunju tnediet proċedura ġdida ta’ kif issir l-applikazzjoni għall-Home Help.
F’tagħrif li tat lid-deputat Laburista Stefan Zrinzo Azzopardi, ħareġ li dan is-servizz f’Għawdex huwa l-iktar popolari fir-Rabat fejn hemm 274 persuna, segwit min-Nadur b’142. B’kollox f’Għawdex bħalissa hemm 980 persuna li qed jibbenefikaw mis-servizz tal-Home Help.
Il-Ministru Caruana semmiet ukoll li hemm 6 persuni oħra li għadhom qed jistennew biex isir l-assessjar tagħhom.