Filmat: Corazon tirbaħ l-Għanja tal-Poplu 2016

2 minuti qari

Il-kanzunetta rebbieħa tal-Għanja tal-Poplu 2016 hija X'se jsir kantata minn Corazon.
Fit-tieni post il-kanzunetta Ta' Bil-Lejl kantata minn Nevielle Refalo kliem ta' Paul Ellul u muzika ta' Mark Spiteri Lucas.   .
Kisbet it-tielet post il-kanzunetta Mellisni kantata minn Michela Bajada kliem ta' Joe Chircop u muzika ta' Mark Spiteri Lucas.
L-aqwa interpretazzjoni kienet dik ta' Nadine Fenech li interpretat il-kanzunetta Il Biza' u jien.
L-aqwa tema soċjali marret għall-kanzunetta Ta' Bil-Lejl tal-awtur Paul Ellul.
It-talent żagħżugħ rebħu l-kantant Jurgen Xerri.
L-aħjar kantawtriċi kienet Corazon.
Fil-festival ta’ din is-sena spikkaw għal darb oħra temi soċjali varji permezz ta’ kanzunetti b’ lirika bla kantunieri u b’messaġġ profond.
Fost it-temi kien hemm djalogu bejn missieru li jaħdem ħafna u ibnu. Kanzunetti oħrajn sellmu lill-ġenituri jew persuni li ħallewna t’eta żgħira, oħra tkellmet dwar karba ta’ min qed jieħu l-kimo-terapija u l-karba ta’ min it-tarbija mietet qabel twelidha.
Il-festival sellem ukoll lill-awtur u fotografu Martin Attard li qabel mewtu ħalla ħafna kanzunetti għall-kbar u għat-tfal. Fost dawn hemm il-famuża Pajjiż tal-Mickey Mouse. Fis-serata John Bundy kien mistieden u kanta Pajjiż tal-Mickey Mouse bħala tislima għal Martin.
Filmat: PBS