Home Archived Ritratti tal-Istejjer Filmat: It-tabib u d-dentist tiegħek jiċċajtaw hekk?

Filmat: It-tabib u d-dentist tiegħek jiċċajtaw hekk?

2 minuti qari

Mhux faċli tassoċja tbissima jew daħqa ma’ tabib, professur, spiżjar jew dentist. Normalment lil dawn il-persuni nassoċjawhom ma’ xi ħarsa biċ-ċiera, ta’ tħassib, ta’ dubji, ta’ preokkupazzjoni, ma’ xi tikmixa tax-xufftejn u ma’ wiċċ laskri.

Imma l-ktieb Praspar mill-Klinika, Doża ta’ Daħq, se jmerina, għax jippreżenta 200 anedottu li ġraw veru. Iwasslu l-element umoristiku tagħhom.
Pereżempju, kif tista’ ma titbissimx meta taqra li tabib magħruf mar iħabbat il-bieb u fixkluh ma’ technician tal-washing machines? Jew ma’ tabib li ġabruh mit-triq il-pulizija għax ħasbuh pazjent li għadu kemm ħarab minn Monte Karmeli?
U meta fil-kamra mortwarja l-katavru jqum u jaħsad lil kulħadd? Jew meta omm ħasbet li t-tfal qed jitwieldu minn wara! U possibbli anki fuq is-siġġu tad-dentist tista’ tidħaq?!
Għada s-Sibt u l-Ħadd, l-awtriċi Marika Mizzi u l-illustratur Mark Schembri se jkunu l-Festival tal-Ktieb jiltaqgħu mal-pubbliku u jiffirmaw il-kotba.
Jaf tara wkoll it-tabib tiegħek f’xi waħda mill-karikaturi jew imsemmi f’xi ċajta!
Il-ktieb jinxtara mill-Festival tal-Ktieb, mill-ħwienet tal-kotba jew minn fuq www.kitegroup.com.mt.